Alan Abela-Wadge jibgħat messaġġ ieħor favur il-block vote li l-partitarju ta’ Bernard Grech qed jagħmlu
Messaġġ ieħor minn dawk ta’ madwar Bernard Grech biex fl-elezzjoni tal-Kumitat Sezzjonali ta’ Tas-Sliema jivvutaw biss għall-kandidati li wrew l-appoġġ lil Bernard Grech. Dan il-messaġġ bagħtu Alan Abela Wedge. Bil-kliem “il-ħidma attwali tal-Partit”, Abela-Wadge qed jindika ċar u tond li it-tesserati ta’ Tas-Sliema għadhom jivvutaw biss lil dawk li kienu ma’ Bernard Grech, għax għal Abela-Wadge hemm dawk tal-ħidma passata u b’dan jifhem dawk li kienu wara Adrian Delia u dawk favur l-ħidma preżenti fil-Partit Nazzjonalista u b’din jifhem il-ħidma tal-klikka ta’ madwar Bernard Grech.
