Simon Mercieca jiddiskuti ma’ Charles Farrugia dwar kif kien ġie “framed” minn forzi ddevjati fil-korp tal-pulizija
L-Erbgħa li għaddew kelli impreditur fuq il-programm tiegħi, Simon Mercieca Jiddiskuti, lil Charles Farrugia. Dan l-impreditur ġie akkużat li biegħ affarijiet misruqa u wara kien akkużat li pprova jagħmel hold-up fuqu innifsu biex jieħu l-flus tal-insurance. Hu jgħid li dan kien frame-up fuqu minħabba li ma aċċettax li jħallas tangenti biex jsir proġett kbir ta’ ‘land reclamation’ fl-Għallis. Hu jgħid l-anqas insurance ma kellu. Dan ir-raġel jgħid li hu ġie framed mill-pulizija talli ma kienx lest li jħallas tangenti biex jsir dan il-progett. Intalab iħallas 20 miljun. Il-proġett kien kbir u ta’ aktar minn biljun u nofs. Sallum illum, dan ir-raġel għadu mweġġa’ talli ħassru ismu u xlewh b’affarijiet li hu qatt ma għamel.
F’dan ir-rakkont, Charles Farrugia jirrakkonta ta’ kif bdiet din l-industrija tad-dish satellite hawn Malta, inkluż kif inbniet fit-tmenijiet. Jitkellem meta mar Dom Mintoff il-fabbrika li kellu ma riedx jemmen li kien qed jirċievi u jara programmi minn barra minn Malta. Wara l-programm, Charles Farrugia, kompla jirrakkonta aktar dwar ħajtu u anki kif sar jaf nies kbar fid-dinja Għarbija, kemm fil-Libja u anki fis-Saudi Arabia.
F’din l-intervista joħroġ aktar ċar kif elementi divjati fil-korp tal-puliżija jintużaw, biex b’mod legali, jitkissru intraprendituri kapaċi Maltin.