Ġewwa tas-Sliema għaddej block vote kontra dawk li ma kienux ma’ Bernard Grech
Waqt li Bernard Grech jipprietka dwar l-għaqda, qed jiġri bil-kontra. Każ ċar tad-divizzjoni li hemm bħal issa fil-Partit Nazzjonalista hija l-elezzjoni għall-kumitat sezzjonali ġewwa l-lokalita’ ta’ Tas-Sliema. Il-messaġġ li qed idur ġewwa tas-Sliema huwa wieħed ċar. In-nies ta’ Bernard Grech qed jgħidu lit-tesserati ta’ din il-lokalita’ biex jivvutaw lil dawk, li matul il-kampanja għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, kienu wara Bernard Grech. Daqshekk huma favur l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista n-nies ta’ Bernard Grech. Qed inġib il-messaġġ li qed idur fost it-tesserati ta’ din il-lokalita’.
