Xjuħ ġew imwerwra jekk ma jieħdux it-titqiba kontra l-Covid19
Meta qed intella’ dawn il-posts ta’ Marica Micallef, hemm persuni li jaqraw il-blogg tiegħi, li ma jaqblux ma’ dak li qed tikteb. Jien nagħti spazju lil kulħadd. Qed inġib messaġġ li rċevejt. F’dan il-messaġġ tikteb kif ommha, mara anzjana, ġiet imwerwra jekk ma tieħux it-titqiba:
“Jekk ikun possibli ġentilment tiddiskuti fil-programm tiegħek ta’ kull nhar t’Erbgħa jekk jistgħax jagħti l-każ li ssir diskriminazzjoni ma’ anzjani li ma jieħdux il-vaċċin tal-covid. Jien nemmen li ssaħħaħ l-immune system b’vitamini u hekk nagħmel ma’ ommi. Pero xi ħadd (mhux mill-qasam tas-saħħa, biex inkunu ċari) xi mara, qaltilha li jekk ikollha bżonn l-isptar u meta jsaqsuha ħaditx il-vaċċin tirrispondi li ma ħadithiex, jitfgħuha ġo sodda u jitilquha għar-riħha għax jgħidulek tort tiegħek. Għalkemm ma tixtieqx teħodha, ser teħodha naf kemm werwruha. Skużani tat tul imma minbarra li ommi mwerwra b’dan jista’ jagħti l-każ li hawn anzjani u mhux, li qegħdin b’din id-dilemma. Nirringrazzjak minn qalbi. Bħalma għidtlek darba jien nissapportjak u warajk għax int tgħid il-verità u ma tiddejjaqx tagħmel dan għas-skapitu tiegħek stess.”
Waqt li nirringrazzja lil din il-persuna għal dan il-messaġġ, nixtieq ngħidilha lil din il-persuna li ser inkun qed nagħmel programm ieħor fi Frar dwar il-Covid. Ser inkun qed nitkellem dwar dan il-każ. Biss dan il-messaġġ juri kemm fil-fatt għandha raġun Marica Micallef. Hemm ħafna informazzjoni żbaljata fuq x’inhu jiġri fuq il-covid19. Qed jingħadu ħafna affarijiet u qed issir ħafna pressjoni fuq ix-xjuħ. Nixtieq infakkar li l-awtoritajiet tas-saħħa stess qalu li mhux kulħadd jista’ jieħu t-titqiba u b’hekk għajdut bħal dan, jiġifieri li min mhux ser jieħu t-titqiba mhux ser jingħata kura fl-isptar, ħsara u mhux ġid jagħmel.
Mhux sewwa li tisma min xi hadd jghid dawn l-affarijiet ghax il-vaccin mhux mandatorju. Imma jekk kapaci tisma ghanda tisma mil Awtoritajiet u mhux minghand dan ix-xahat.