Re-Shuffle fil-Partit Nazzjonalista: imexxi d-diskussjoni mad-deputati Nazzjonalisti Ray Bezzina u mhux Bernard Grech

Għal darba oħra, fil-Facebook page tiegħi qed nantiċipa stejjer li normalment joħorġu fil-mainstream media. Illum waqt li kien spiċċa s-smigħ tal-kawża li Dr. Adrian Delia fetaħ kontra Vitals, tellajt posts fejn għidt li Bernard Grech kien għaddej b’reshuffle tal-shadow ministers tiegħu. Jien għidt u nikkonferma li dan sar bi pjan biex jaħsad lil Dr. Adrian Delia.

Tant hu hekk li Bernard Grech, il-Ġimgħa, kien mar fuq il-programm ta’ Reno Bugeja u qal li llum hu kien ser imur il-qorti, biex jagħti s-support tiegħu lil Adrian Delia. Minflok, fuq parir ta’ Ray Bezzina, li llum hu wieħed mid-diretturi fil-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, beda jibgħat għad-deputati u joffrilhom dikasteru li ser ikunu qed jieħdu ħsieb. Fil-fatt mhux vera dak li ġie rrappurtat li Bernard Grech kien qed jara lid-deputati waħidhom.

Id-diskussjonijiet beda jmexxihom Ray Bezzina. Hu jitkellem waqt li Bernard Grech jisma’ u jgħid li jaqbel ma’ li qed jgħid Bezzina għax dan kollu għal ġid tal-Partit Nazzjonalista. Kien qiesu l-pupazz tiegħu.

Fil-fatt dan il-proċess beda xi ġimgħa ilu fejn kellu laqgħa ma’ Claudio Grech. Hu kien ilu maħsub li jsir iżda twaqqaf wara li jien kont kxift il-pjanijiet li kien hemm. Illum, Bernard Grech bagħat għal David Agius, Robert Cutajar, Stephen Spiteri, Robert Arrigo, Clyde Puli, Beppe Fenech Adami u Claudette Buttigieg.

Waqt id-diskussjonijiet li kien hemm ma’ Therese Commodini Cachia, din ma qablitx ma’ Bernard Grech u telqet il-barra.

Fuq kollox, Stephen Spiteri tneħħa mis-saħħa. Minflok jidher li ser ikun hemm Claudio Grech.

Il-lejla Ray Bezzina u Bernard Grech għandhom jitlaqgħu ma’ Toni Bezzina.

Leave a Reply