Bernard Grech ma telgħax il-Qorti: minflok mar jagħmel reshuffle tax-Shadow ministers tiegħu.

Illum, Bernard Grech ma marx il-Qorti biex jagħti s-support tiegħu għall-kawża ta’ Adrian Delia kontra l-kuntratt tal-Vitals.  Infakkar li nhar il-Ġimgħa, Bernard Grech kien qal li llum kien sejjer il-Qorti biex ikun spalla ma’ spalla ma’ Adrian Delia. Biss fl-awla tal-Qorti Bernard Grech ma deher imkien.

Minflok, sorsi infurmati qaluli li Bernard Grech hu kien għaddej bir-reshuffle tax-Shadow ministers tiegħu. Il-pjan hu li jħassdu lil Delia waqt li jkun il-qorti fuq il-kawża tal-vitals. Dan ukoll huwa dak li kiteb Franco Debono, jiġifieri li hemm diċeriji li għaddej reshuffle tal-PN bħalissa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *