Aktar dwar ir-Reshuffle fil-Partit Nazzjonalista: Wayne Hewitt jgħid li fis-saħħa ma hemmx bżonn tabib iżda manager
Wara li jien ippubblikajt li Stephen Spiteri kien tneħħa mis-saħħa, Wayne Hewitt mar jikteb post biex jgħid li Bernard Grech sewwa għamel. Qal li fis-saħħa mhux tobba hemm bżonn imma nies imħarrġa fil-management. Jidher li f’dan il-qasam, Ray Bezzina qed jimxi fuq il-pariri li qed jagħtih Wayne Hewitt, tant li warrbu lil Stephen Spiteri min-nofs, biex issa jkun hemm manager jitkellem fuq dan is-suġġett fil-parlament. Dan hu l-post ta’ Wayne Hewitt. Il-mod kif inkiteb jidher li hu ta’ ġewwa fuq dan is-suġġett ma’ Ray Bezzina li qed jagħmel dawn it-tibdiliet kollha fil-Partit Nazzjonalista.

Claudette Buttigieg hija rrabjata ħafna li ma ngħatatx is-saħħa. Minflok, ingħatat il-politika soċjali.
Kif ħabbart fuq Facebook, Kristy Debono ngħatat ix-shadow tal-Ekonomija. Jason Azzopardi, kif mistenni, inżamm bħala shadow minister tal-Ġustizzja.
Fuq kollox, Robert Arrigo tneħħilu s-Shadow Ministry tat-Turiżmu. Jidher li Arrigo ma ħa xejn minflok. Ix-shadow ministry tat-Turiżmu ġie offrut lil Hermann Schiavone, iżda dan irrifjuta.
Mario Galea wkoll kellu laqgħa ma’ Bernard Grech u Ray Bezzina. Lil Galea, Grech neħħilu kollox, fosthom il-mental health. Ħallielu l-animal welfare. Huwa jidher li rrifjuta u lest li jibqa’ bla portafol.
Lil Clyde Puli neħħielu kollox ħlief l-edukazzjoni u l-isports.
Infurmat li f’waħda mill-laqgħat, deputat irrifjuta l-preżenza ta’ Ray Bezzina u dan kellu joħroġ mill-kamra. Min-naħa l-oħra, kif ġa ktibt, Therese Comodini Cachia telqet il-barra mill-laqgħa u sabtet il-bieb tal-kamra.
Fuq kollox, f’dan ir-reshuffle, dak li spikka huma li Ray Bezzina u Bernard Grech l-anqas kienu jafu sew x’kellhom taħt idejhom id-deputati li kienu qed isejħu biex jitkellmu magħhom fuq ir-rowl ġdid li ser ikollhom fix-shadow cabinet. Ma kienux jafu sew eżattament ta’ liema ministeri u setturi id-deputati kienu qed jagħmlu shadowing.
Dan ix-shadow cabinet ser jidħol fl-istorja bħala x-shadow cabinet l-aktar konfuż li qatt sar fil-Partit Nazzjonalista mill-Indipendenza ‘l hawn.