Analiżi tal-artiklu prinċipali tal-Malta Today tal-lum: Għala l-Gvern irid iġib l-isptarijiet lura?

Blogpost minn Partitarju Nazzjonalista

Il-Malta Today, fil-ħarġa tagħha tal-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, fl-1 u fil- 5 paġna, permeżż tal-ġurnalist tagħha Matthew Vella ppublikat artiklu dwar Steward Healthcare u l-pjan tal-gvern biex jerġa jieħu lura t-tlett sptarijet. Fix-xahar ta’ Jannar il-gabinett tal-Ministri ġew mogħtija kopja ta’ studju ta’ kif beħsiebu l-gvern jibda’ jinnegozzja mal-kumpanija barranija biex jasal għal dan il-ftehim. Dan l-artiklu ma għamilx referenza għal xi ħaġa mportanti ħafna – il-finanzi u s-serq li diġa serqu lill-poplu Malti u Għawdxi mill-kumpaniji barranin. Din hi parti mill-artiklu (bl-ingliż) li deher fl-ewwel paġna.

The Maltese government is planning to ‘take back’ the three hospitals it granted in a controversial multi-million deal to the unknown Vitals Global Healthcare, in a face-saving deal it will broker with Steward Health- care. Ministers were shown details of a plan by the health ministry that will lead to the stoppage of the emphyteutical deal, effectively returning the Gozo, St Luke’s and Karin Grech hospitals to the Maltese state. However, the Maltese government has agreed that Steward Healthcare, the American medical company that is currently running the three hospitals, will be facility managers and responsible for the upkeep and equipping of the hospitals.

Jekk nieħdu dak miktub fil-Malta Today bħala xi ħaġa li ġiet illikjata u allura veritiera, irridu nistaqsu, x’wassal għal din l-azzjoni min-naħa tal-gvern? Hija xi ħaġa li ma tħallili ebda dubbju f’moħħi li wasalna sa hawn grazzi għal Dr Adrian Delia. Mid-dehra l-Gvern qed jirrealizza li l-kawża, li għaddejja l-qorti, miftuħa minn Dr Delia miexja lejn riżultat li l-isptarijiet jerġgħu lura għand il-poplu Malti u Għawdxi. Mela Dr Delia WAĦDU irnexxielu jxaqqaq l-irjus iebsa, irnexxielu jiftaħ l-għajnejn li kienu ssiġillati, irnexxielu jippenetra l-imħuħ tal-Prim Ministru u l-gabinett tiegħu biex jifhmu li din hija kawża li l-poplu Malti u Għawdxi kien ser jirbaħ.

Fl-aħħar il-Gvern irrealizza li l-kawża perċet u kixfet mal-irjieħat Maltin il-ħmieġ moħmi madwar dan il-kuntratt. Meta l-Gvern induna li din il-kawża ser tikxef it-tgħaffiġa kbira li saret minn xi membri tal-Gvern ta’ Muscat bil-barka tal-gabinett dak in-nhar, ma kellux għażla oħra ħlief li jipprova jinġabar u jara kif jagħmel biex jinnegożja xi ħaġa differenti milli kien hemm. Din kienet mossa oħra fl-għajnuna tal-Malta Today lill-gvern. Din kumbinbazzjoni ħarġet lejliet li Dr Delia ser ikompli bil-kawża tiegħu.

Dan l-artiklu nkiteb ukoll f’ġurnata propizja meta nafu li l-għada t-Tnejn, meta titkompla l-kawża, huma mħarkin biex jixhdu Joseph Muscat u Konrad Mizzi. Din il-mossa hija intenżjonata biex turi li l-gvern qed jirreaġixxi u jipprova jtellef jew ifixkel lil Dr Delia fil-ġlieda tiegħu biex iġib lura l-isptarijiet f’idejn il-poplu. Jagħmel x’jagħmel il-gvern, huwa stat ta’ fatt li kellu jkun Dr Delia biex ċaqlaqhom, qajjimhom u rgħidhom ħalli jagħmlu xi ħaġa biex forsi jiġbru ġieħhom.

Il-poplu Malti u Għawdxi, jgħidu x’jgħidu l-gazzetti taparsi indipendenti, jgħid x’jgħid il-gvern, jgħidu x’jgħidu l-parlamentari taż-żewġ naħat tal-kamra, irid bilfors ikun rikonoxxenti lil Dr Delia talli WAĦDU, anzi bi tfixkil kbir intern u estern, irnexxielu jibda’ proċess tal-ħsieb biex il-gvern jiċċaqlaq, iħassar, ibiddel, jissostitwixxi u b’xi mod jasal biex dak li hu tagħna jibqa’ tagħna. Attent sur Gvern. Il-poplu ħallas qares tat-tgħaffiġ tagħkom. Il-poplu bagħta konsegwenżi koroh talli bqajtu ċassi għal żmien twil. Il-poplu ġie misruq miljuni kbar. Il-poplu, bi dritt, irid flusu lura. Ara ma tażżardawx tilgħabu iżjed bit-taxxi tagħna. Ieqfu, ġibu lura kull ċenteżmu li ġejna misruqa. Għamlu xogħolkom sew u trasparenti. Jekk hemm xi ħadd li jinqabad li fotta, jieħu li ħaqqu. GRAZZI DR ADRIAN DELIA

Leave a Reply