Reazzjoni negattiva minn ħafna Nazzjonalisti għall-messaġġ li tella’ Chris Said.

Dr Chris Said tella’ din il-kitba fuq il-Facebook paġe tiegħu

“Jidher li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar Steward ser jispiċċaw minn Ghawdex u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jerġa’ lura f’ idejn il-Gvern.

Rebha kbira għall-Għawdxin. Rebħa għall-Partit Nazzjonalista li ilu jiġġieled sa mill-ewwel ġurnata li sirna nafu li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kien ser jiġi privatizzat  kontra din l-privatizzazzjoni tal-uniku sptar li għandna f’Għawdex.

Ċertifikat ta’ falliment mill-Gvern Laburista f’qasam tant importanti – is-saħħa f’Għawdex.  Fl-aħħar 6 snin l-ebda deputat Laburista Għawdxi ma lissen kelma waħda kontra din il-privatizzazzjoni tal-Isptar.

Nisperaw li l-Gvern ser jagħti rendikont ċar tal-miljuni kbar li ħadu Steward u qabilhom Vitals.  Infakkar li dawn kellhom ħafna obbligi li ma wettqux u li diġà tħallsu tagħhom fosthom li suppost bnew sptar ġdid b’450 sodda sa Ġunju 2018. Ħadu l-flus għalhekk u issa ser jitilqu minn Għawdex u ma poġġewx ġebla waħda minn dan l-Isptar. Din kienet ħadma tal-Gvern Laburista bis-saħħa tal-Għawdxin. Għad iridu jiġu mwieġba ħafna u ħafna mistoqsijiet.”

Dan wassal għal numru ta’ messaġġi negattiv kontra Chris Said fuq l-istess pagna tiegħu. Sfortunatament dawn il-messaġġi negattivi ġew min-numru ta’ Nazzjonalisti li ħassuhom irrabbjati minn dan il-messaġġ ta’ dan id-deputat Nazzjonalista. Fi kliem ieħor b’dak li kiteb, qala’  baraxx ta’ kritika. Ma hemmx dubju stiedinha b’idu hu stess.

Chris Said deher ma’ numru ta’ partitarji Nazzjonalisti bħala persuna arroganti u qed jipprova jirkeb fuq karru ta’ ħadd ieħor u kważi għamel dak il-karru tiegħu. Għal ħafna Nazzjonalisti ġenwini din hija xi ħaġa li ma titwemminx. Agħar minn hekk, meta tikteb xi ħaġa u tipprova tieħu vantaġġ personali minnha, meta fil-fatt, huwa kien baqa’ l-bogħod minnha għax twerwer minn dak li jista’ jiġri wara. hija biss viljakkerija.

Fuq kollox hija viljakkerija ikbar li pprova jiggwadanja minn azzjoni li għamel deputat ieħor u meta dan id-deputat kien il-kap tal-Partit, Chris Said kien ħadem kontra tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *