Manuel Delia u l-indafa pubblika

Manuel Delia jridha tal-bniedem edukat u dejjem irid jgħallem lil ħaddieħor għaliex skont hu, huwa u sħabu tal-first tier għalhekk huma t-tajbin. Jien mhux ser nikkummenta xejn. Qiegħed biss intella’ messaġġ li deher fuq Facebook minn kunsillier mill-Imqabba, il-post fejn joqgħod Manuel Delia. Issa nħalli għalikom biex tagħmlu l-konklużżjonijiet tagħkom wara li taqraw dan il-messaġġ.

Wara li tella’ dan il-messaġġ, Wayne Hewitt mar jurina l-għeref li għandu. Hu kiteb dan il-messaġġ kontra dan il-kunsillier li kiteb fuq Manuel Delia wara li skont dan l-istess kunsillier in-nies jidher li iddejqu bin-nuqqas ta’ sens ċiviku ta’ dan l-istess Delia.

Waqt li nħallikom taraw l-għerf li llum għandu l-Partit Nazzjonalista fi ħdanu, kull ma nixtieq inżid hu dan. Alla ħares għamilt dawn l-affarijiet jiena jew xi ċittadin ieħor Malti, għax ħoll xagħarek u ġib iż-żejt. Ibqgħu żguri li konna nispiċċaw bil-pulizija wara l-bieb u b’taħrika għall-quddiem il-qorti. Biss dan membru tal-“first tier” u jista’ jinjora l-ittri li jirċievi kemm irid.

2 thoughts on “Manuel Delia u l-indafa pubblika

  1. Wara Dak il-kumment li hallejt fuq il-post ta’ Franco Debono, Wayne Hewitt ghogbu jghatini tghajjira kif tmiss il-ligi. Wara li dan il-kotard u pastass ghamel dan kollu, iddecieda li jibblokjani.

  2. Kemm tiflah tghid cucati?
    Kieku PN kienu fil gvern forsi kien jkollok xaqq ta argument, pero ma ninsewx Li LP Huma fil gvern u kieku kien hemm xaqq ta verita Manuel Delia ilu gie arrestat u umiliat mil One TV.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *