Il-qasam fil-PN: it-tellieqa għall-kap fil-PN

Ir-raba’ artiklu

Blogg minn Partitarju Nazzjonalista

Wara t-telfa elettorali tal-2017, bdejna mill-ewwel naraw manuvri li jħassbuk. Ingħataw id-dekasteri lill-membri tal-parlament u bdew ħerġin is-sorpriżi. Best spokepersons’ positions for the boys and girls closest to the heart of the interim Kap. Imma magħmulin bil-ħsieb u bi skop. Kien jidher ċar li dawn il-manuvri kienu qed isiru biex tinfetaħ it-triq ħalli meta tiġi mgħoddija l-bakketta, din tkun mogħdija lil persuna viċin tal-klikka li tkun diġa’ taqbel ma dawn il-mossi.

Il-klikka kienet fl-aħjar tagħha, taħmi u timmanuvra biex l-magħżul ikun minn ta’ ġewwa. Kienu għadhom lanqas intefgħu n-nominazzjonijiet li ma bdejniex nisimgħu ‘din id-darba xi ħadd minn ġewwa’. Ejjew nifhmu sewwa li dak inhar intqal diskors li fisser li kien żball li l-magħżul fl-2013 kien wieħed li ġie mill-Ewropa u mhux mill-makna politika nazzjonali.

Fl-2013 ġie lura meqjus li seta’ jkun is-salvatur. Fl-2017 kien il-bniedem żbaljat. Il-klikka qatt ma tammetti dnubietha. Il-klikka bħall-papri, l-ilma kollu mixħut lejha u fuqha jaqa’ u jitfarfar kollu mingħajr ma jħalli ebda effett.

Tfaċċaw erba’ ismijiet. Tlieta magħrufin u wieħed minn barra. Id-Dar Ċentrali faret bl-għajdut biex ma navdawx lill-barrani. L-establishment tefa’ għajnejh fuq Alex Perici Calascione. Dawn qatt ma setgħu jagħtu l-appoġġ lil Chris Said. Fid-dar Ċentrali, kienu u għadhom isibuh bħala l-Għawdxi. Għal ħafna Nazzjonalisti, dan kien għamel ħsara kbira kontra l-Kap Busuttil fil-kważi sentejn li kien għamel segretarju ġenerali tant li spiċċa tneħħa mill-istess kap. It-talba li jmur jieħu ħsieb Għawdex kienet mitqiesha biss li kienet skuża.

Imma l-klikka reġgħet qajmet rixha u fetħet attakk feroċi fuq ir-raba’ kandidat, jiġifieri Adrian Delia. Dan kien mitqies bħala l-barrani. Inqdew bil-medja soċjali, marru lura snin twal biex sabu qarn ma xix jaqbdu.

Lil Daphne Caruana Galizia għaddewlha l-informazzjoni meħtieġa u l-pjan tal-klikka beda jiġi attwat. Infetħu bibien is-sema u din il-persuna li resqet għall-ewwel darba lejn il-politika attiva, spiċċat taħt bumbardament spoporzjonat. Il-klikka tant kienet deċiża li teqred mill-bidu nett lil dan il-wiċċ ġdid li ħdaret kontrieh. Resqet l-ewwel tellieqa bejn erba’ żwiemel. Il-klikka ħadmet kemm felħet.

Dawn id-deputati u sħabhom dejqulhom it-turufnament lill-kunsilliera biex jappoġġjaw lill-magħżul tagħhom. Imma baqa’ f’wiċċhom. Il-magħżul baqa’ l-art u l-wegħdiet kollha li saru sfumaw fix-xejn. X’diżażtru għall-klikka li ħasbet li ser tneħħi l-ostakolu barrani fl-ewwel tellieqa. Hawn inħolqot problema.

Biex jeħilsu mill-barrani kien ser ikollhom jappoġġjaw lill-Għawdxi. Imma x’tagħmel la x-xitan ġabha hekk. Biss ħbieb tiegħi, irid ikollok wiċċ ta’ karkura biex wara li jkun tellef għall-ewwel darba fl-elezzjoni ġenerali t-tlettax id-distrett lill-Partit u ma kienx wara l-kap tal-partit ta’ dak iż-żmien, Simon Busuttil, tasal biex tagħtih is-sostenn tiegħek. Dik kienet xi ħaġa li ma stajt nifhem b’ebda mod. Kien qed jingħata appoġġ lill-bniedem li farrak il-votant Għawdxi, li bħala segretarju ġenerali kien vroma kbira u li spiċċa tneħħa bil-pulit. Imma issa l-klikka ma kienx baqgħalha għażla u daret fuqu.

Għax sostnewh dan apprezza bil-kbir u wara t-tellieqa sar parti intima mill-klikka u spiċċa l-prim promutur ta’ ħafna mill-inkwiet. Issa kien imiss bumbardament fuq it-tesserati. Il-klikka u ta’ madwarhom daruhom bi ħġarhom. Chris Said spiċċa mressaq bħala l-verġni u s-salvatur tal-partit. Waqt li lill-barrani pinġewh bħala spekulatur tal-flus għax sinjur minn fuq il-prostituti jew il-prostituzzjoni. Kull ma kien jonqoshom jgħidu kien, li dan ir-raġel kien imur hu personalment idaħħal l-irġiel ħdejn il-prostituti. Imma t-tesserati għal kuntrarju tal-klikka ħarsu ‘l barra mill-Partit. It-tesserati ma ridux javdaw iżjed klikka ta’ nies li tathom tkaxkira waħda wara l-oħra. It-tesserati ma belgħux dak il-gideb kollu li xerrdu fuq dan l-avukat. Il-vot tagħhom kien sod u kristallin. Il-barrani ħa r-riedni fidejh u ……… Tkompli

Leave a Reply