Il-Qasma fil-PN. Għaliex in-narrattiva politika ta’ Daphne Caruana Galizia u uliedha wasslet għall-telfa kbira fl-2017?

Advertisements

It-tielet parti.

Minn Partitarju Nazzjonalista

Il-vecchia guardia tal-klikka kellha effett ħażin fuq it-tmexxija. Il-klikka għax ħassewhom b’saħħithom, għax waslu biex emmnu u qablu man-narrattiva (għax ħasbu li kienet popolari) li kienet għaddejja fuq il-medja soċjali ħallew il-ħsieb tal-Partit jiġi nfluwenzat minn persuna waħda u wliedha. Dawn kienu daħlu fil-Partit, fid-Dar Ċentrali. Kienu jiltaqgħu fil-kamra, li kienet tissejjaħ il-war room, fejn kienet issir l-istrateġija tal-Partit. Hemm qasmu l-ħsibijiet tagħhom, ħadmu fuq il-kampanja elettorali tal-2017, ħakmu lil Kap ta’ dak inhar, iddettaw l-kampanja elettorali u tawna riżultat agħar minn ta’ qabel. Ħa nfakkarkhom ftit x’sar fil-kampanja elettorali tal-2017.

Mela filgħodu, Dr Busuttil kien jiżvela l-proposti tal-Partit jekk jitla’ fil-gvern. Imma qatt xi darba smajtuh jispjega x’kienu ser jiswew lill-pajjiż dawn l-inizzjattivi? Filgħaxija kulħadd kien ikun qed jistenna bil-ħerqa l-ispjegazzjoni dettaljata ta’ dawn il-proġetti mħabbra filgħodu. Imma le, fil-priedka ta’ filgħaxija konna nisimgħu l-kantaliena tal-korruzzjoni. Filgħaxija konna noħorġu l-karti bit-taparsi provi tal-korruzzjoni. Filgħaxija konna nistennew xi prova ġdida li setgħet twassal li jiġi arrestat xi ħadd. Konna nistennew li nsiru nafu ta’ min kienet Egrant. Tiftakru li konna nkunu kollha ħerqana għat-tħabbira ta’ dan is-sigriet? Konna qisna qed nistennew li nsiru nafu s-sigriet ta’ Fatima. Imma dan is-sigriet baqa’ ma tfaċċax. Dan ma xxerridx. Dan ma tħabbarx. U spiċċajna morna għall-elezzjoni b’rasna baxxuta, kważi kważi umiljati, u b’togħma qarsa. Bdejna ngħidu kif daħku bina. U konna bdejna ngħidu li tnejket bina. Kif jgħid il-Malti bqajna b’xiber imnieħer.

U b’hekk ħadna tisbita. Ħadna tkaxkira akbar minn ta’ qabel. Ħadna l-akbar umiljazzjoni fl-istorja glorjuża tal-Partit. L-amministrazzjoni kollha tal-Partit ġiet imġegħelha tirriżenja mill-Kap ta’ dak inhar. Kull wieħed minnhom (u ħafna ma ridux għax ma kellhomx x’jaqsmu mal-istrateġija tat-telfa) kellu jitfa’ r-riżenja tiegħu. Għalfejn? Biex, bħal meta jieħdu deċiżżjoni fil-kabinett tal-Gvern, id-deċiżżjoni tkun kollettiva. Hekk ried il-Kap dak inhar li r-responsabilita’ tat-telfa tittieħed mill-amminstrazzjoni kollha.

X’ipokrezija. X’oxxenita’. X’mistħija ta’ nies. B’hekk ir-riżenja tal-amministrazzjoni kollha dehret li refgħet ir-responsabilita’ hi u l-klikka ħarġet tfuħ qisu ma kienx it-tort tagħha. Il-Partit xorta baqa’ jxejjer il-bandiera fuq il-bejt tad-Dar Ċentrali. Imma għal tlett xhur sħaħ konna spiċċajna bla Kap u bla kuda. Dan tbellah. Dan warrab. Dan sparixxa. Dan ħalla l-Partit fil-limbu. Tant hu hekk li lanqas indenja ruħu jitla’ sal-counting hall biex jagħti sostenn u appoġġ lin-nies li kellhom jibqgħu l-counting hall sal-aħħar tal-għadd. Min jaf min tah l-parir biex ma jitlax in-Naxxar? Jista’ jkun li dan il-parir bla sens, li ma jagħtix sostenn lin-nies li fuq kollox kienu qed jirrapreżentaw lilu b’mod volontarju għall-ġranet sħaħ, wasal għandu minn fuq is-swar tal-Imdina? Dr Busuttil ħa d-deċiżżjoni li jirreżenja waħdu u b’mod immedjat. U jiddispjaċini ngħid ħalla lill-Partit iltim għal ħafna ġimgħat. Din turi nuqqas ta’ responsabilita’ kbira minn naħa ta’ Dr Busuttil. Imma dan reġa’ tfaċċa fil-parlament u bla mistħija ta’ xejn. Reġa’ għaqqad ma dwaru l-klikka misħuta u reġa’ beda jtambar fuq il-korruzzjoni u kompla fuq in-narrattiva tal-kitba fuq il-medja soċjali. Xorta ma tgħallem xejn. Xorta baqa’ jemmen li kellu raġun. Xorta baqa’ jwebbes rasu li kellu raġun hu. U għall-ewwel darba fl-istorja tal-Partit rajna Kap uxxenti jibqa’ fil-parlament u jitlob il-kelma ta’ sikwiet biex mingħalih jibqa’ isawwat lill-avversarju prinċipali tiegħu li kien għadu kif tah tkaxkira mperdonabbli. U x’taħsbu li ġara iżjed. Il-klikka baqgħet hemm u …… Tkompli