Deċizzjoni f’waqtha mill-Imħallfa Edwina Grima

It-Times ippubblikat storja li tikkonċerna lill-aħwa Degiorgio u lil Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu. Bħal ma kulħadd jaf, dawn qegħdin għaddejjin kumpilazzjoni akkużati li kienu l-persuni li qegħdu l-bomba fil-karazza ta’ Daphne Caruana Galizia. Din il-bomba eventwalment qatlet lill-ġurnalista.

Minn dawn ir-rapporti nsiru nafu żewġ affarijiet. L-ewwel li l-avukat mill-uffiċju tal-avukat Ġenerali li kien qed jieħu ħsieb ir-rinviji f’din il-kompilazzjoni ħareġ l-att ta’ akkuża. Dan ħareġ din l-att ta’ akkuża meta x-xhieda ta’ Melvin Theuma kienet għadha sospiża u t-tliet esperti mqabbda mill-qorti kienu għadhom ma lestewx ir-rapport tagħhom. X’ifisser dan? Dan ifisser li meta l-avukat ġenerali ħareġ l-atti tal-akkuża, huwa għalaq il-kumpilazzjoni u b’hekk issa l-atti jistgħu jmorru għall-ġuri. Dan ifisser  ukoll li l-avukati ta’ dawn it-tliet akkużati ma setgħux jagħmlu l-kontro-eżami lil Melvin Theuma u l-anqas li l-esperti legali jġibu r-rapporti tagħhom u jdaħħluhom bħala parti minn dan il-proċess jew kompilazzjoni.

Biss hemm aktar minn hekk wara din id-deċizzjoni tal-avukat ġenerali li joħroġ l-atti tal-akkuża. Dan fisser li la darba l-avukat mill-ufffiċju tal-avukat ġenerali ħareġ l-att ta’ akkuża, dawn ir-rapporti u din ix-xhieda li trid toħroġ mill-kontro-eżami ta’ Melvin Theuma ma ġietx annessa u ma ddaħħlitx fl-atti tal-akkuża kontra l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu. B’hekk l-avukati difensuri issa jridu jistennew il-ġuri biex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lil Melvin Thuema. Infakkar li fil-ġuri, il-prosekuzzjoni terġa tressaq ix-xhieda miġbura matul il-kompilazzjoni. Huwa biss id-difiża li ġġib għall-ewwel darba x-xhieda tagħha. Imbagħad, jekk l-esperti tal-prosekuzzjoni ma ġewx imħarrka, tkun trid tħarrakhom id-difiża. Biss wieħed għandu jistaqsi jekk dan hu sew?

L-imħallfa Edwina Grima laqgħet ir-rikors tal-avukati tal-imputati u reġgħet bgħattet l-atti lura għand il-maġistrata Claire Micallef Strafrace li hija l-maġistrata li qed tmexxi l-kompilazzjoni biex terġa tiftaħ il-kumpilazzjoni u jkun jista’ jsir il-kontro-eżami ta’ Melvin Theuma u jiġu ppreżentati r-rapporti tal-esperti tal-qorti.

Hawn wieħed jistaqsi għala dan il-biża kollu mill-uffiċju tal-avukat Ġenerali biex Melvin Theuma jittella’ jixhed? Qed ngħid dan għaliex anki fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech hemm biża kbira mill-prosekuzzjoni li dan jitqiegħed għall-kontro-eżami tad-difiża tant li l-uffiċju tal-avukat ġenerali għadu ma tellgħux jixhed.    Dak li hu żgur li l-imħallfa Edwina Grima ma trid tħalli lill-ħadd iqegħdilha bżieq fuq imnieħirha. Fi kliem ieħor ma din l-imħallfa ma hemmx ċajt.

https://timesofmalta.com/articles/view/caruana-galizia-alleged-hitmen-expected-back-in-court.843417

One thought on “Deċizzjoni f’waqtha mill-Imħallfa Edwina Grima

  1. Dan xloghob hu? Possibli lavukat Generali ma tafx li jrid jixed Melvin Tewma? Dan kollu xi jfisser dan it telf ta zmien. Qedin tifmu xi haga? Ghax jien ma qed nifem xejn. F’Malta naghmlu bizzilla li tinhadem bl’idejn li hi wahda mil eqdem snajja u hi wahda mil laqwa fid Dinja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *