Philip Galea Farrugia u Manuel Delia

Manuel Delia tal-Arriva kiteb post ieħor fuqi. Kull meta dan jikteb xi post, dejjem joħroġ xi dettal interessanti li jien ma nkunx naf bih. F’dan il-post, Delia tal-Arriva qal li l-Assistent Avukat tar-Repubblika, Philip Galea Farrugia ‘kien għadu jistenna tweġiba meta fit-28 ta’ Diċembru, Philip Galea Farrugia sema lill-magistrata li qed tippresedi l-qorti taqra d-digrit tagħha b’risposta għall-applikazjzoni li għamlu l-avukati ta’ Yorgen Fenech fis-16 ta’ Diċembru.” Kif Manuel Delia kien jaf b’dan id-dettal rigward dan ir-rikors, jiġifieri li l-Assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kien għadu bla tweġiba? Qed nifhem sew li l-familja ta’ Caruana Galizia kienu maħsuda b’dan id-digriet tal-Maġistrata Montebello, u Galea Farrugia ma kienx qed jistenna din ir-reazzjoni kollha mill-magistrata? Hawn nistaqsi lil Delia tal-Arriva kif kien jaf b’dan id-dettal jiġifieri li Galea Farrugia kien għadu qed jistenna tweġiba meta l-maġistrata tat dan id-digriet? Dan hu dak li kiteb Manuel Delia:

Fuq kollox kif għamel Manuel Delia biex ra dan id-digriet? Għaliex jien għadni ma rajt xejn. Manuel Delia stess ammetta li ra dan id-digriet tal-Maġistata Montebello. Mela ġa ntbagħat lilu? Nifhem li llum huwa parti fil-kawża għaliex issemma. Biss f’dan id-digriet hemm informazzjoni fuq terzi u mhux fuqu biss. Jista’ xi ħadd jgħidli kif jien jista’ jkolli aċċess għall-informazzjoni minn digrieti li jikkonċernaw lili? Dak li nista’ ngħid jiena huwa li jien f’din il-kompilazzjoni ssemmejt aktar minn darba u dejjem sirt naf li ssemmejt mill-media ħabiba tal-kawża tal-familja Caruana Galizia.

Fuq kollox Manuel Delia jikteb li mhux sew li l-avukati tal-parte ċivili, il-familja Caruana Galizia u l-assistent Avukat tar-Repubblika, Galea Farrugia ma jkunx jaf aħseb u ara ma jkunx qraw rikors li jsiru mill-avukati tad-difiża. Mela x’għandi xi ngħid jien li qed inkun suġġett ta’ rikorsi li jsiru kontra tiegħi f’din il-kumpilazzjoni u ma nafx xejn. Dan kien it-tieni wieħed li sar f’din il-kompilazzjoni kontra tiegħi u jien ma nafx xejn bih. Meta jsiru dawn ir-rikorsi, jien ma għandi lil ħadd li jirrappreżentani fil-qorti. Imbagħad, abażi ta’ dawn ir-rikorsi, il-maġistrata titfgħani taħt disprezz u issa jien irid inħallas biex niddefendi ismi. Ngħid biss li biex tagħmel tweġiba għall-akkużi li jsiru f’dawn ir-rikorsi tiġini tiswa aktar minn 300 mitt euro.

Infakkar li din hija t-tieni darba li Manuel Delia ppubblika dettalji dwar il-kawża tiegħi ta’ disprezz lejn il-qorti. L-ewwel waħda kienet dwar id-disprezz instigat mill-familja Caruana Galizia. Hu ppubblika dettalji dwar dan l-ewwel disprezz fit-1 ta’ Ottubru 2020. Ara hemmhekk ma kienx hemm problemi tal-liberta’ tal-espressjoni. Hemm kien hemm kollox skont ir-rule of law anki jekk fil-fatt mhux. F’dan l-artiklu, Delia tal-Arriva qal anki quddiem liema maġistrata kont ser nidher. Infakkar li l-ewwel smiegħ ta’ din il-kawża kien 23 ta’ Novembru. Kif Manuel Delia tal-Arriva kien jaf b’din il-kawża aktar minn xahar qabel u jien kont għadni ma naf xejn? Jien sirt naf b’dak li jikkonċerna lili biss fl-4 ta’ Jannar 2021 meta rċevejt in-notifika tal-qorti bil-marixxal!

Nerġa nistaqsi kif dan Manuel Delia kien jaf b’dawn id-dettalji kollha dwar il-kawża tiegħi? Min tah din l-informazzjoni? Nispera li ningħata tweġiba għaliex l-impressjoni li l-poplu qed jieħu hija li s-segwaċi tal-familja Caruana Galizia ħadu pussess fuq l-istrutturi tal-ġustizzija ta’ dan il-pajjiż u għamluhom tagħhom.

2 comments

  1. Ma tafx li l Qorti hija mazunerija fL aqwa taghha Xejn gdid .IL PN mhux ghalhekk ma iriedx li kif kienu jilhqu b barka tal PM imma biex dejjem.kif ghamlu ma snien kienu jaghzluwom huma biex dejjem jimanuvraw kif jaqbel lilhom Dik IL verita Mazunerija galore ghalhekk ikollom informazjoni qablek .

Leave a Reply