L-editorjal tal-Malta Today selettiv dwar id-digrit tal-Maġistrata Rachel Montebello

Il-Malta Today iddedikat editorjal sħiħ fuq id-degriet tal-Maġistrata Rachel Montebello mogħti fl-28 ta’ Diċembru 2020. Skont dan l-editorjal, dan id-digriet huwa maħsub biex joħnoq l-liberta’ tal-istampa u l-espressjoni libera. F’dan l-editorjal jissemma li dan id-dikrit ġie fuq talba tal-avukati ta’ Yorgen Fenech. Fil-verita’ l-avukati ta’ Yorgen Fenech qatt ma talbu li jittieħdu passi kontra l-ebda individwu. Huwa ġibdu ċertu fatti għall-attenzjoni tal-qorti. L-istess għamel l-Assistent Avukat Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta, Philip Galea Farrugia. Biss dan l-editorjal tal-Malta Today dan it-tieni fatt ma jsemmihx.

Il-Malta Today tqis din il-mossa bħala theddida għall-liberta’ tal-espressjoni. Biss ma tgħid xejn li hemm persuna oħra li hija l-kawża għal dan id-dekrit? Din il-persuna huwa jien. It-talba tal-Assistent Avukat tal-Repubblika ta’ Malta Philip Galea Farrugia kienet kontra tiegħi u milli jidher anki kontra xi persuni oħra. Biss għala l-editorjal ma semmihiex speċifikament b’ismu lil Philip Galea Farrugia? Il-kredibilita’ ta’ gazzetta u ta’ editorjal toħroġ billi jkun “fair” u jsemmi kollox u mhux ikun selettiv fuq dak li jikteb.

Dan ifisser li jien erġajt tqegħdet taħt disprezz jew “contempt of court”. Infakkar li l-istess nies li skont dan l-editorjal llum huma milquta b’disprezz lejn il-qorti, hemm fosthom Manuel Delia (tal-Arriva), Shift News u Lovin Malta. Dawn kienu għamlu xalata jgħajruni għaliex jien ġejt taħt “contempt of court” għaliex qalu li jien ippubblikajt materjal li l-qorti li skont il-qorti ma kellux ikun ippubblikat.

Infakkar li jien ġejt taħt disprezz tal-qorti fuq talba li saret mill-familja Caruana Galizia u din it-talba kien għamilha Jason Azzopardi. Meta Jason Azzopardi għamel din it-talba, ħadd ma qal li din hija theddida għal-liberta’ tal-espressjoni. Ara issa, għax dawn in-nies intlaqtu minn disprezz kemm qed jitkellmu differenti. Manuel Delia ġa kiteb li mhux ser jonora dak li tgħid il-qorti u ser jibqa’ jikteb.

Infakkar li meta l-Maġistrata Montebello laqgħet it-talba ta’ Jason Azzopardi u tal-familja Caruana Galizia kontra tiegħi kienu għamlu xalata u wżaw din l-aħbar biex tkisser l-integrita’ tiegħi.

Infakkar lil persuna li kiteb dan l-editorjal li dan l-attakk fuqi il-liberta’ tal-espressjoni tiegħi ġejja mit-talba li għamel Philip Galea Farrugia. Għalija din hija gravi. Dan mhux ġej minn avukat li qed jidher għal xi persuna iżda minn l-avukat li qed jidher għall-Gvern u l-poplu Malti. Mela dan hu attakk fuq il-liberta’ tal-espressjoni min-naħa tal-Gvern. Jekk dan ħassu inġurjat kellu mezzi oħra fejn seta’ jitlob rimedju.

Hija x’inhija t-talba li għamel l-Assistent Avukat Generali tar-Repubblika fuqi, jien ser nibqa’ nikteb. Lest immur il-ħabs biex inħares id-dritt tiegħi u taċ-ċittadini Malti li jibqgħu jgawdu mill-liberta’ tal-espressjoni.

Min-naħa tagħha jekk il-Maġistrata Montebello ma tridx in-nies jikkummentaw dawn dan il-każ kull ma kellha tagħmel huwa li tisma’ s-seduti kollha fil-magħluq.

Leave a Reply