Where your opinion counts

Ħafna qed jagħrfu l-żball li neħħew Dr. Delia (Part 2)

Blogpost minn Partitarju Nazzjonalista

Dr. Delia talab li ssir elezzjoni mit-tesserati u qal li t-tesserati biss li tellgħuħ għandhom id-dritt ineħħuh. Il-kunsilliera kienu vvutaw għal elezzjoni miftuħa imma l-klikka din id-deċizzjoni ma għoġbitiex. Fis-satra tad-dlam ġo dar privata, ta’ bniedem immanipulat minn bniedem ieħor (min għalihom meqjusin bħala żewġ ikoni tal-Partit – tistħi tgħidha) laqqgħu tlett kontestanti u ż-żewġ nisa ġew murija l-bieb u tħalla persuna waħda jikkontesta. In-numri hekk iddettaw għall-klikka maħmuġa. Il-klikka, għamja bl-għira u b’valenu kellhom għan wieħed – neħilsu minn Delia. Resqu avukat li għalkemm kien magħruf għal xi parir li kien jagħti fuq ir-radio u għal ftit dibattiti li rajnih jagħmel, bl-għajnuna tal-klikka prova u rnexxielu jikkonvinċi li hu ser ikun is-salvatur tal-partit. It-tesserati din tathom it-tagħma u aċċettawh. Il-klikka rebħet. Il-klikka ferħet. Il-klikka tgħannqet. Il-klikka daħqet. Il-klikka ħasbet li straħet. Imma grazzi għall-klikka l-Partit tfarrak iżjed.

Dawk li baqgħu jirrikonoxxu lil Delia tbegħdu mill-partit, baqgħu jsostnu li l-kap leġittimu tagħhom kien Delia. Ġara li dawn ma jridux jafu bid-Dar Ċentrali, b’Dr Grech. Għalihom Dr Grech mhux il-kap, għalihom Dr Grech huwa opportunist li ħataf l-okkazzjoni, ħalla lill-klikka tużah, għama fin-numri imma fl-opinjoni ta’ ħafna daħal f’żarbuna li tiġih kbira. Issa ilna tlett xhur li nbiddlet it-tmexxija. Ħafna minn dawk li għażluh u li qed jifhmu iżjed il-karattru u l-abilita’ tiegħu, qed jerġa’ jibdilhom u qed jiddispjaċihom li ċaħdu lil mexxej leġittimu tagħhom. Qed jirrealizzaw li dan kien prużuntuż u ftit li xejn hemm stoffa. Dan ġab miegħu xenarju ieħor.

Fejni l-klikka? Veru nqasmet f’biċċiet? Veru li hemm nies tal-istess klikka ma jitkellmux bejniethom? Veru li saħansitra jiġġieldu bejniethom? Veru li anke mal-istess Dr Grech hemm l-inkwiet? Veru li hemm żewġ membri parlamentari minn tal-klikka (Dr Jason Azzopardi u Dr Therese Commodini Cachia) li lil Dr Grech ma jkellmuhx?

Min-naħa l-oħra dawk viċin Dr Delia għadhom ferħanin miegħu u jgħinuh f’kull inizjattiva li jieħu. Rajnihom jgħinu lill-istituti, lill-familji li għandhom bżonnijiet speċjali, lin-nies li qed ibagħtu min-nuqqas ta’ ikel. Fuq kollox rajnihom jaslu għal somma fenominali ta’ €22,775 bħala għajnuna lid-Dar tal-Providenza. Dan ma kienx biżżejjed għax il-kap tagħhom tahom sorpriża kbira meta, ma uħud minnhom, reġa mar id-Dar tal-Providenza tard fil-għaxija u offra €500,000 li huwa talab u nnegozja ma’ kumpanija barranija.

Dr Delia huwa avukat mimli bl-entużjażmu u b’talenti kbar li ma ġewx rikonoxxuti minn ħafna. Imma xorta l-klikka u ta’ madwarhom weġgħathom żaqqhom u pruvaw iħammġu lil Dr Delia bi flus maħmuġin. Imma kif meta l-intern jiħdar, l-imsaren jinbarmu, il-mibgħeda tieklok u l-moħħ jibqa’ lluppjat, ma tiqafx tirrifletti qabel tagħmel il-ħsara, ma tinsiex, ma tippruvax tara ftit it-tajjeb, ma tippruvax tara l-element pożittiv, ma tippruvax tagħti almenu l-benefiċċju tad-dubbju? B’dan l-atteġġjament tal-amministrazzjoni, tal-klikka u ta’ dawk li qed jaħtfu u li għadhom ma jistgħux jifhmu l-ħsara li qed jagħmlu, Dr Grech mhux ser jirnexxielu jgħaqqad bħal ma wiegħed, mhux ser jirnexxielu jiġbed warajh aktar simpatikanti bħal ma wiegħed, mhux ser jirnexxielu jnaddaf l-għanqbut li għandu madwaru bħal ma wiegħed, mhux ser jirnexxielu, bħal ma wiegħed, jattira aktar votanti biex jgħinuh fl-elezzjoni ġenerali li jmiss għaliex meta tasal fi stat li ma jirnexxielekx tikkonvinċi lil tiegħek kif ser tikkonvinċi lid-dubbjużi jew addirettura lill-votanti tal-avversarju tiegħek. F’dan il-post, dan il-partitarju jitkellem dwar il-fatt li ħafna Nazzjonalisti qed jagħrfu l-iżball li għamlu li neħħew lil Dr. Adrian Delia. Fuq kollox jistaqsi fejna l-klikka? Veru nqasmet f’biċċiet? Veru li hemm nies tal-istess klikka ma jitkellmux bejniethom? Veru li saħansitra jiġġieldu bejniethom? Veru li anke mal-istess Dr Grech hemm l-inkwiet? Veru li hemm tlett membri parlamentari minn tal-klikka (Dr Jason Azzopardi, Dr Therese Commodini Cachia u Ivan Bartolo) li lil Dr Grech ma jkellmuhx? Min irid jaqra aktar nistiednu jidħol fil-link ta’ hawn taħt.

One thought on “Ħafna qed jagħrfu l-żball li neħħew Dr. Delia (Part 2)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *