Claudette Buttigieg tattendi laqgħa li fiha kien hemm diskussjonijiet mal-MAM dwar is-saħħa

Tiftakru meta kont ktibt li Bernard Grech ser jagħmel reshuffle u li Claudette Buttigieg ser jagħmilha x-shadow minister tas-saħħa flok Dr. Stephen Spiteri. Meta kont ħriġt b’din l-istorja ħarġu s-supporters ta’ Bernard Grech jgħajruni fakenews. Infatti minħabba li kont żvelajt din il-aħbar, Bernard Grech waqqaf il-pjanijiet li jagħmel re-shuffle.

Illum Clyde Puli u l-kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, iltaqgħu mal-MAM. Kien meeting virtwali jiġifieri on-line. Il-meeting kien dwar it-tilqima kontra l-covid19. Skont Clyde Puli li tella’ din l-istorja, l-Union tat-Tobba, il-MAM, wriet it-tħassib tagħha dwar l-ammonti baxxi ta’ titqibiet li qed jingħataw kuljum. Skont Puli, qed jingħataw biss 50 titqiba kuljum.

Jien mhux ser nidħol fuq dan is-suġġett. Biss ħarsu lejn ir-ritratt li tella’ Clyde Puli ta’ din il-laqgħa. Fih, barra l-kap tal-partit u Puli, hemm ukoll Stephen Spiteri li hu x-Shadow Minister għas-Saħħa u anki Claudette Buttigieg. Mela sewwa kont għidt li Claudette Buttigieg trid issir x-Shadow minister tas-Saħħa. Jekk mhix interessata, x’inhi tagħmel f’din il-laqgħa?  

Leave a Reply