Ir-rowl tal-“Blogger” u t-tkissir tal-immagni politika Dr. Adrian Delia (Part 1)

Blogpost minn partitarju Nazzjonalista

L-istorja tal-Partit trid tinkiteb u jrid jitniżżel dak kollu li għadda minnu l-Partit kif appena qala’ tkaxkira fl-2017. Ma nistgħux inħallu barra ċertu dettalji ta’ x’sar minn dak in-nhar li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali sal-lum. Nispera li l-Partit qed jieħu ħsieb li jikteb b’mod preċiż dak kollu neċessarju biex il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jkunu jafu l-verita’ u jitgħallmu minn dan kollu. Ser inkun dirett u nikteb minn esperjenza personali. Nixtieq li kulħadd jifhem il-mod viljakk kif inħataf il-partit minn klikka moqżieża li għadha sal-lum tikkonfoffa biex tkompli tiddiskredita membru tal-parlament f’isem l-istess partit. Dawn huma ġesti li qed jsiru min-nies suppost inteliġenti imma li tilfu kull sens ta’ bilanċ fir-raġunament tagħhom.

Eżatt mat-tħabbira tar-riżultat fl-2017, il-Partit iddisintegra. Il-kap u l-amministrtazzjoni rriżenjaw u refgħu (biċċiet minnhom ġew sfurzati) ir-responsabilita’ tat-tkaxkira li qatt ma rajna bħala. Spiċċajna mbellħin, ma nafux x’ser naqbdu nagħmlu u nħass ħafna n-nuqqas tal-kap. Fil-kuruturi tad-Dar Ċentrali bdew jissemmew ismijet ta’ nies li kienu qed juru interess li jitfgħu n-nomina tagħhom għat-tmexxija. Tlieta konna nafuhom imma r-raba’ wieħed le. Imma malajr smajna bih. Dak iż-żmien kull min ried jagħmel ħoss jew ixandar xi aħbar li tasal immedjatament għand in-nies kien hemm blog li kienu jaqrawh eluf ta’ nies. Xi ħadd minn ġewwa stess għadda nformazzjoni fuq ir-raba’ persuna interessata fit-tmexxija u ntefgħet l-ewwel bomba.

U hekk il-klikka bdiet l-attakki tagħha. Dak iż-żmien il-klikka kienet iffurmata minn ftit nies tgħoddhom fuq id waħda. Din il-blogger użat din l-informazzjoni li kienet tmur lura numru ta’ snin u b’alleċ attakkat lil dan l-avukat u perċietu mal-erba’ t’irjieħ ta’ Malta u Għawdex. L-attakki bdew, l-obbjettiv sar aktar diffiċċli, imma l-avukat ma qatax qalbu u għalkemm l-kap uxxenti qal, li kieku kien hu flok dan l-avukat kien jirtiera n-nomina tiegħu, dan l-avukat misterjuż għal ħafna baqa’ għaddej. Waslet l-elezzjoni u għalkemm kellu dawk l-attakki kollha moħmija mill-klikka li bdiet tikber u waslet informazzjoni u qlajjiet malafamanti mat-tesserati kollha, xorta ħareġ rebbieħ. Iżda l-klikka flok aċċettat elezzjoni, li għall-ewwel darba kienet miftuħa għat-tesserati kollha, ħalfet li t-triq tat-tmexxija tagħmilha waħda diffiċli u jekk jista’ jkun diffiċċli ħafna għall-kap il-ġdid, Dr. Adrian Delia. Kull ftit ġranet jew ġimgħat kienu jitfgħu tajn jew jitimgħu l-gazzetti xi ħaġa ġdida biex iqum plejtu fil-partit u l-istess klikka kull darba titlob li dan l-kap għandu jirreżenja. Kull darba li toħroġ xi ħaġa kienu jarmaw jgħajtu ‘barra’ u ‘itlaq’ u jaqaw f’livell ta’ tgħajjir li mhux denju (għalkemm nafu) li niktbu hawn. Kull skuża kienet tgħodd għalihom għaliex l-unika ħaġa li kienu qed jaraw kienet li jeħilsu minnu. Dawn il-mutetti baqgħu għaddejjin tlett snin. Kull darba l-kunsilliera u t-tesserati, għalkemm bdew jitħawwdu, dejjem żammew sod u kkonfermaw lil Dr Delia. Tant il-klikka ħraxet u twessgħat li bdiet tinfiltra qalb il-kunsillieri u t-tesserati ħafna iżjed. Użat kull argument, ħafna drabi giddieb, imma l-importanti li tbiegħed il-votanti mil-kap tal-partit. Kemm ser iddum taqla’ fuq bniedem din il-klikka. Għalkemm il-fiduċja f’Dr Delia baqgħet u kienu għadhom jarawh bħala Kap tajjeb, il-ħdura, il-valenu, l-gideb, in-nuqqas ta’ għaqda, l-atteġġjament negattiv tal-ħafna mill-membri parlamentari ta’ din il-klikka llupjata, wassal biex din l-istess klikka tmur għand il-President ta’ Malta biex tneħħieh. Ir-risposta negattiva xorta ma qagħdux għalija u xorta baqgħu jattakkaw bla waqfien. Din il-klikka, f’saħna li ma tarax art, wasslet lill-grupp parlamentari, lill-kumitat eżekuttiv u lill-kunsilliera biex jivvutaw għal tellieqa mil-ġdid għal kap. Din kienet xi ħaġa li l-partit qatt ma esperjenza. Għalhekk għidt fil-bidu li min jikteb l-istorja jrid ikun fidil lejn il-kitba tiegħu għaliex rewwixta maħmuġa bħal din mhux faċli tara bħala. Ma nistgħux ikollna l-istorja tal-partit miktuba b’xi dettall nieqes. Iridu jitniżżlu l-ismijiet kollha speċjalment tal-parlamentari u tal-amministrazzjoni (nies kollha magħrufa) u dawk l-idejn moħbija (magħrufa wkoll) biex il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jkunu jafu din il-klikka ta’ viljakki minn xhiex għaddew lill-Partit mill-2017 sal-2020 u għada għaddejja anke issa li qlibna d-deċenju.

Leave a Reply