Francis Zammit Dimech jgħid li t-trasmissjoni ta’ Bernard Grech kienet ippjanata

Qed inġib rappurtaġġ minn Newsbook dwar l-istorja ta’ meta Dr. Adrian Delia ġie ċċensurat minn NET TV waqt it-transmissjoni live tal-ewwel tas-sena. Din it-teorija qed tkun imbuttata mill-klikka li ħatfet lill-Partit Nazzjonalista. Francis Zammit Dimech irid ibellgħaha lin-nies li f’dak il-ħin li Adrian Delia kien ser jippreżenta din l-għotja, kien ġa maħsub li jxandru l-messaġġ ta’ Bernard Grech.

Kemm nerġa’ infakkar lil Francis Zammit li hu kien fl-istudios tal-WE meta daħal Dr. Adrian Delia mas-supporters tiegħu. Ma’ Francis Zammit Dimech kien hemm numru ta’ deputati Nazzjonalisti.  Fost il-persuni li kien hemm miegħu kien hemm Beppe fenech Adami, Ryan Callus, Joe Ellis, David Agius u Robert Arrigo. Qabel ma mar on air, Beppe Fenech Adami ra ċ-cheque bl-ammont li l-partitarji ta’ Adrian Delia kienu ġabru u li kienu ser jagħtu lid-Dar tal-Providenza. Din l-għotja ta’ dawn il-Partitarji kienet ser issir wara l-għotja fqira li ta l-Partit Nazzjonalista. Meta ra l-ammont ta’ dan ic-cheque, Beppe Fenech Adami nstaram. L-anqas felaħ jitkellem. Anki Francis Zammit Dimech ma felaħx ma jurix ir-rabja tiegħu għal din il-ġabra, tant li ħareġ il-barra mill-istudio ta’ We ġewwa Ħal Qormi.

Wara din l-għotja, il-Knisja ħarġet tgħid li kienet ser tiċċekkja l-flus mogħtija minn Adrian Delia. Dan għamlitu għaliex kien hemm grupp ta’ nies li wżaw il-media biex  jattakkaw din l-għotja u jitolbu “due dilgence” u “vetting” tad-dokumenti. Fi kliem ieħor, il-knisja stess wriet dubju fuq l-integrita’ ta’ dan ir-raġel. Taf x’naf, li kieku kien ħaddieħor u ġarrab din l-umiljazzjoni bil-Knisja tgħid li trid tinvestiga din l-għotja, kien jitlob iċ-cheque lura. Dan kien messaġġ li l-Knisja ma għandhiex fiduċja fih.  Ma għandix dubju li hemm istituzzjonijiet oħra rispettabbli f’Malta li kienu jkunu lesti biex jieħduh. Biss dan hu l-kobor ta’ dan ir-raġel. Allavolja l-Knisja ipprovat tumiljah kemm illum u anki meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni, dan ma żammx f’qalbu u mar jiġbor il-flus għal din id-Dar mmexxija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Leave a Reply