Għaliex Jacob Borg ta’ The Times ma talabx biex ikunu investigati s-Sliema Wanderers?

Jekk xi ħadd irid prova oħra kemm il-media tal-liberali hija “biased”, din il-prova hija l-istorja tal-għotja ta’ flus minn Catco lid-Dar tal-Providenza. Għaliex qed ngħid dan? Il-media tal-liberali u s-supporters ta’ Bernard Grech ħarġu jgħajtu biex tkun investigata l-għotja ta’ Dr. Adrian Delia ħalli jaraw jekk din l-għotja ta’ nofs miljun euro lid-Dar tal-Providenza hix ġejja minn ħasil ta’ flus jew le. Talbu għal “due diligence”. Wieħed qalilna li hu jifhem ħafna f’dawn l-affarijiet għaliex accountant. Tajjeb. Mela ejja ninvestigaw x’intqal!

L-investigazzjoni trid tibda minn din il-mistoqsija. Għaliex The Times, Austin Sammut, Leone Ganado u oħrajn talbu biss “due diligence” jew “vetting” għall-flus mogħtija lid-Dar Tal-Providenza? Għaliex din l-għotja biss trid tkun investigata?

Infakkar li Dr. Adrian Delia semma l-isem tal-kumpanija li tat din is-somma ta’ flus, jiġifieri il-Catco GC. Issa il-biċċa tinsab hawn. Din il-kumpanija hija llum l-isponsor ewlieni tas-Sliema Wanderers FC. Dan anki intqal minn Dr. Delia nnifsu u ssemma’ l-President tas-Sliema Wanderers, Farrugia, waqt din il-preżentazzjoni. Fi kliem ieħor, il-Catco ma tatx biss flus lid-Dar tal-Providenza. Tat jew qed tagħti flus, taħt forma ta’ sponsorship, lill-Club tas-Sliema Wanderers.

Allura tiġi waħidha l-mistoqsija. Għaliex dawn is-sinjuri u dan il-ġurnal ma staqsew xejn dwar l-isponsorship mogħti lis-Sliema Wanderers? Jekk dawn il-flus li ta Adrian Delia huma riżultat ta’ ħasil ta’ flus, allura l-flus mogħtija lis-Sliema Wanderers FC huma wkoll maħmuġa għaliex ġejjin mill-istess sors. Jekk wieħed ried ikun onest, kellu jitlob investigazzjoni fuq kollox u mhux ikun selettiv bħal ma kien Jacob Borg ta’ The Times of Malta. Għaliex Jacob Borg ma semmiex l-bżonn ta’ investigazzjoni fuq is-Sliema Wanderers. Min jaf? Forsi għaliex hemm ma setgħax isemmi l-isem ta’ Yorgen Fenech?

Waħda ma tistax tkun differenti mill-oħra! Allura MFA ma vvetjatx l-isponsorship tas-Sliema Wanderers FC? Jekk le, MFA ħa tivvetja u tinvestiga lil Catco issa? Qed ngħid dan biex nuri kemm dawn id-dubji li qed jiddaħħlu mill-media liberali huma nfondati. Kieku verament kien hemm xamma ta’ ħasil ta’ flus jew verament kienu jemmnu li hemm ħasil ta’ flus kienu jitolbu investigazzjoni u “due dilegence” fuq kollox u mhux kontra Adrian Delia biss. Dan juri kemm dawn l-attakki huma biss politikament motivati.

One thought on “Għaliex Jacob Borg ta’ The Times ma talabx biex ikunu investigati s-Sliema Wanderers?

  1. Is-suppost espert finanzjarju/ accountant illuminana billi qalilna li mhix rari li organizzazjonijiet tal-karita’ u filantropici jintuzaw ghal-spokijiet ta hasil ta flus.

    Veru. Imma ghaffeg meta qal hekk ghax l-organizzazjoni in kwestjoni hija d-dar tal-provvidenza! Dak li kien qed jirreferi ghalih L-espert huma organizzazjonijiet pseudo-filantropici mwaqqfa apposta biex jahslu L-flus.

    Ma nahsibx li d dar tal provvidenza tinvolvi ruhha f’dal qasam.

    Tuba!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *