Il-Malta Today ma tgħid xejn dwar il-fatt li t-trasmissjoni fuq Net ġiet interrotta.

Il-bieraħ, Adrian Delia għamel żewġ għotjiet lid-Dar tal-Providenza. L-ewwel għotja kienet ta’ €22,750. Din ġiet miġbura mill-ħbieb tiegħu. Kif Adrian Delia mar biex jagħmel din l-għotja, it-trasmissjoni ta’ din l-attivita’ fuq Net TV inqatgħet. Imbagħad Delia reġa’ mar fid-Dar tal-Providenza madwar l-għaxra ta’ bil-lejl u ta għotja ta’ nofs miljun f’isem kumpanija finanzjarja Catco li llum Adrian Delia jaħdem magħhom.

Dawn iż-żewġ għotjiet ġew irrappurtati f’artiklu fil-Malta Today. Dan l-artiklu kitbu Matthew Vella, ħabib intimu ta’ Jason Azzopardi. U x’qal jew aħjar x’ma qalx Vella? F’dan l-artiklu ma qal xejn dwar il-fatt li t-transmissjoni ta’ din l-attivita’ ġiet maqtugħa fuq Net TV meta Adrian Delia mar b’cheque miġbur mis-supporters tiegħu.  B’hekk id-diskors li għamel ma ġiex imxandar fuq Net TV. Minflok ixxandar diskors ta’ Bernard Grech. L-anqas Vella ma semma li t-trasmissjoni ta’ din l-attivita’ kienu qed jieħdu ħsiebha ta’ Where’s Everybody. Ma nafx jekk hux interessat dan il-ġurnalista jinvestiga fejn kien is-segretarju Parlamentari Francis Zammit Dimech meta nqatgħet din it-trasmissjoni u kif ħareġ indannat mill-post fejn dak il-ħin kien qiegħed.

Imbagħad Vella, b’ton ta’ kritika lejn il-Partit Nazzjonalista qalilna li dan il-partit ta’ biss 1000. Fil-verita’ meta Vella rrefera għal dawn 1000 euro kien qed jirreferi ghas-somma li ta’ l-Partit Nazzjonalista lid-Dar tal-Providenza.

Dan il-ġurnalista, ħabib ta’ Jason Azzopardi ma investigax jekk id-diretturi l-ġodda li appunta Bernard Grech qedx jingħataw €40,000 fis-sena. Jien għamilt din il-mistoqsija u għadha ma ġietx imwieġba. U għaliex ġew impjegati dawn id-diretturi kollha fil-Partit Nazzjonalista b’paga ta’ €40,000 fis-sena u meta Delia kien leader l-anqas flus biex ikollu segretarjat ma kien hemm? Fuq kollox, l-unika raġuni għala dawn id-diretturi ġew impjegati u ddaħħlu fil-Partit Nazzjonalista kien biss għaliex ħadmu kontra Adrian Delia u għamlu minn kollox biex ikeċċuh. Irid ikollok wiċċek imċappas bil-ħara biex tippretendi li persuna issa joqgħod jaħdem biex jiġbor il-flus ħalli jiġġustifika s-salarju ta’ dawn in-nies. Din hija xi ħaġa mhux biss ħażina iżda immorali.

Leave a Reply