Il-kunjata ta’ Michael Fenech Adami tgħid li mhux vera t-trasmissjoni tan-NET ġiet interrotta qabel Adrian Delia kien ser jippreżenta €22 775 lid-Dar tal-Providenza

Jane Doublesin, li tiġi l-kunjata ta’ Michael Fenech Adami, qaltli li jien giddieb għaliex ktibt li l-bieraħ, in-NET waqqfet it-trasmissjoni tagħha qabel ma’ Adrian Delia kien ser jippreżenta l-ġabra ta’ flus ta’ €22775 lid-Dar tal-Providenza mis-supporters tiegħu.

Jane Doublesin kitbet hekk:

“Il-kontroversja fi kliemek hija din, allura in-NET ma ġabx id-donazioni ta’ Delia ta’ €22,000 Euro imbagħad xandrulu d-donazioni ta 500, 000 Euro? Kemm tiflaħ tiġdeb u tgerfex. Qażistna tipprova tifred in-Nazzjonalisti biex tagħmel vendikazjoni milll-partit. Għax tgħid x’tgħid, Delia li hu se jibqa’, mhux se jdawwar l-arlogg.”

Mela skont il-kunjata ta’ Michael Fenech Adami qed tgħidli li mhux vera li nqatgħet it-trasmissjoni tan-NET qabel ma Delia ppreżenta l-flus miġbura mis-supporters tiegħu ta’ €22,775. Naħseb aħjar din Jane Dublessian tiċċekkja ma’ ‘her son-in-law”, għaliex dan kien hemm ma’ ħuh Beppe Fenech Adami u Francis Zammit Dimech qabel ma daħal Delia u s-supporters tiegħu biex jagħtu din id-donazzjoni. Naħseb li għandu ħafna x’jgħidlek.

One comment

  1. Jekk il PN ma jinqatax min certu posesjoni ta certu kunjomijiet li ikaparaw il partit u ghamluh taghom mhux sa jarha nitfa progress .Dawn hijacked il partit li ilum lanqas biss jingharaf min kazin tal banda

Leave a Reply