Inħoss li din il-kritika kontra Jason Azzopardi għaliex inqabad bla maskra bħala nġusta

Bħal issa qed idur ritratt ta’ Jason Azzopardi, mingħajr maskra, dieħel f’ħanut ma’ persuna femminili. Dan ir-ritratt anki ntbagħat lili privatament biex intellgħu. Għall-ewwel ma kontx ser intellgħu. Biss illum qed intellgħu għaliex issa ilu jdur fuq is-siti soċjali. Ir-raġuni li ntbagħat lili hija dik biex jiena nikkritikah minħabba dan il-fatt.

Biss fuq dan il-punt naħseb li l-kritika hija nġusta. Fis-sens, il-fatt li Jason Azzopardi kien dieħel x’imkien mingħajr maskra ma għandhiex tkun sors ta’ kontroversja. Jiena wieħed minn dawk il-kritiċi għall-użu tal-maskra, speċjalment fit-tul. Ġibt nies fil-programmi tiegħi biex jitkellmu fuq dan is-suġġett. Tellajt artiklu fuq dan is-suġġett minn persuni li għamlu riċerka dwar dan is-suġġett u ta’ dan ġejt ikkritikat. Ma nafx kemm fil-verita’ qed nagħmlu ġid lil saħħitna billi noqogħdu bil-maskra ma’ wiċċna għall-ħinijiet twal.

Mhux ser niddejjaq ngħid li jiena mhux l-ewwel darba li ħriġt u wara ndunajt li nsejt li ma kellhiex il-maskra u mmur lura d-dar jew fil-karozza biex nilbisha! Qed nikteb dan biex nuri biss li l-argumenti tiegħi kontra Jason Azzopardi huma bbażati fuq razzjonalizmu u mhux għax għandi xi aġenda personali kontra tiegħu. Għalhekk ma tellajtx dan ir-ritratt anki jekk kien ilu li nbgħatli u qed nikkummenta fuqu issa wara li sar magħruf minn kulħadd.  

Fuq kollox, inħoss li fuq din l-issue tal-maskra, il-kritika kontra Jason Azzopardi hija nġusta. Biss din hija l-opinjoni personali tiegħi. Il-kritika qatt ma għandha tinżel fuq livell personali iżda tibqa’ waħda razzjonali. Naħseb hemm aktar affarijiet serji fuq xix wieħed jitkellem dwar dan id-deputat tal-poplu.

One comment

  1. Naqbel. Imma meta ssajjahlu “deputat tal-poplu” taghti L-impressioni li kollha vbutajnilu.

    Jien zgur minix hati ta xi haga bhal dik.

Leave a Reply