Moira Sciberras u l-klikka fi ħdan il-Partit Nazzjonalista

Mela waħda minn dawk li ħarġet tipprova tirredikolani minħabba li jien qed inġib kitbiet ta’ Nazzjonalisti li huma ma’ Adrian Delia hija Moira Sciberras. Hija anki staqsitni jekk nitqarbinx.

Jien mhux ser nidħol fuq il-ħajja personali ta’ Moira Sciberras biss kont nistenna aktar onesta’ minn din il-mara. Għaliex qed ngħid dan?

Għaliex Moira Sciberras hija membru ta’ familja li kienet kontra Adrian Delia. Ħa ngħidha kif naħsibha. Għandha kull dritt. Din il-mara għandha ħuha li kien kandidat għall-kunsill lokali ta’ Birżebbuġa li kien qatiegħ kontra Adrian Delia. Dan kien ħadha qatta’ bla ħabel kontra Delia għaliex ħaseb li Delia ħadem kontra tiegħu biex ma jitlax fil-Kunsill. Fis-sewwa, dan ma kienx il-fatt. Darba anki kontra tiegħi kiteb. Ma ġara xejn. Biss meta ma taqbilx magħhom jispiċċaw jattakkawk personalment.

Biss hemm aktar minn hekk. Illum, Moira Sciberras hija miżżewġa lil ħu Angelito Sciberras. Nistaqsi lil Moira jekk din l-informazzjoni li irċevejt mingħand partitarju Nazzjonalista hix vera jew le. Dan qalli biex hekk:

Lil Moira staqsieha jekk għadhiex tmur il-quddies in-Naxxar, u toqgħod tistenna lin-nies joħorġu mill-knisja, biex toqgħod ixxewwixhom kontra Delia?

Din il-persuna li bgħattli dan il-messaġġ għalqitu hekk. Qalli

staqsiha jekk hija jiddispjaċihiex li ħu raġel tagħha (jiġifieri Angelito Sciberras) spiċċa iżolat fil-Partit Nazzjonalista u tilef kull tama fil-PN?

Din il-persuna fakkret lil Moira Sciberras li hija tat l-appoġġ inkondizzjonat tagħha lil din il-klikka li qerdet lill-PN. Illum anki silfha, Angelito Sciberras, spiċċa jikteb fuq Facebook kontra din il-klikka li Moira Sciberras qedha tiddefendi.

Leave a Reply