Il-media tal-Knisja għandha titlob apoloġija lill-familja Fenech

Il-bieraħ kompliet tinstema’ l-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Matul is-seduta tal-lum, l-maġistrata Rachel Montebello tat digriet ieħor mal-mod kif il-media qed tirrapporta l-każ ta’ Yorgen Fenech. The Times irrappurtat din l-aħbar b’dan il-mod:

‘1.33am Magistrate Montebello reads quickly through parts of a decree. She makes reference to a media report which described the accused as “guilty” and says this goes against his presumption of innocence.’

Biss din il-gazzetta ma qalitx għal-liema gazzetta d-degriet ta’ din il-maġistrata kien qed jirreferi. Biss mir-rappurtaġġ ta’ kamra tal-aħbarijiet oħra, insiru nafu li dan id-degriet kien jolqot primarjamanet il-media tal-isqfijiet tal-Knisja Maltija. Dan sirna nafuh mingħand One news. Il-media tal-liberali ma qalulna xejn dwar dan id-dettall. One news irrappurtat hekk:

Dwar rikors preżentat mid-difiża, il-Qorti stqarret li rappurtaġġ bħal dak li sar mill-ġurnalista ta’ newsbook fl-artiklu intitolat “Il-Qorti taqbel ma’ Azzopardi li ma żbaljax meta sejjaħ lil Fenech ħati” ma kienx wieħed korrett u veritier u dan  ma jirrispekkjax dak li seħħ fl-awla u għalhekk jista’ jagħti stampa mhux veritiera ta’ dak li jkun qed jiġri fil-Qorti. Il-Maġistrat Rachel Montebello talbet lir-reġistratur tal-Qorti sabiex tieħu azzjoni fuq l-awturi tal-artikli msemmija fir-rikors mid-Difiża.”

Hawn qed issir referenza ċara għal mod kif Newsbook ippubblika aħbar marbuta ma’ intervista li kien ta Jason Azzopardi fuq ir-radju tal-Knisja. Fiha kien irrefera għal Yorgen Fenech bħala ħati. Infakkar li l-Maġistrata Rachel Montebello kienet tat digrit dwar din l-intervista u dan ġie interpretat minn Newsbook li Jason Azzopardi kellu dritt  jirreferi għal Yorgen Fenech b’dan il-mod. Niftakar, numru ta’ nies kienu tellgħu dan il-post ta’ Newsbook fuq il-group tiegħi. Dan għamluh biex jgħiduli li jien qed nikteb fakenews meta ngħid li Yorgen Fenech għandu dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Anzi qaluli li l-qorti stess qed tgħid li wieħed jista’ jgħid li Yorgen Fenech huwa ġa ħati. Illum, din il-gazzetta tal-knisja ġiet imgiddba mill-istess maġistrata. X’ser jagħmlu issa l-isqfijiet ta’ djoċesi ta’ Malta u ta’ Għawdex?

Infakkar li l-media tal-liberali u l-progressivi, għamlet festa minni, meta b’ingann, Jason Azzopardi qal lill-maġistrata Rachel Montebello li jiena “republished” r-recordings fejn jinstema jitkellem Melvin Theuma. Infakkar li hemm divjit tal-qorti fuq il-pubblikazzjonijiet tagħhom. Infakkar ukoll li dawn ir-recordings ġew ippubblikati minn numru ta’ gazzetti, iżda dan l-avukat tar-‘rule of law’, ma semmiegħx dawn il-gazzetti lill-maġistrata. Għoġbu jgħid lill-maġistrata Rachel Montebello li jien ‘republished’ dawn ir-recordings, meta dak li għamilt kien li xxerjat gażżetta diġitali li kienet ippubblikat dawn l-istess recordings. Imbierek Alla, dik il-gazzetta li jien ixxerjat ir-recordings tagħha, li kienet dik tal-Partit Nazzjonalista, l-anqas biss issemmiet minn Jason Azzopardi meta ressaq dan il-każ ta’ “contempt of court” quddiem il-Magistrata Montebello. Imbagħad il-ġurnalisti ħbieb tal-media tal-Knisja marru jagħmlu numru ta’ artikli biex iwaqqgħu l-kredibilita’ tiegħi għaliex jien ser inkun mixli kriminalment fil-qorti. Illum tifhmu għalfejn jien nitkellem kif nitkellem fuq il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Jien stess vittma tal-inganni li qed isiru f’din l-indaġni kollha!

Issa kien imiss lill-media tal-Knisja li tidħol fl-inkwiet u milli jidher ser tkun akkużata b’”contempt of court”. Dan għaliex il-media tal-knisja tagħna aktar moħħha biex tagħti spazju lill-avukat Jason Azzopardi.

Quddiem din is-sitwazzjoni, aktar milli nara sitwazzjoni fejn xi ġurnalist ta’ din il-media tal-Knisja jittella’ l-qorti fuq ‘contempt of court’, naħseb li hu aktar opportun li din il-media tal-Knisja tagħmel eżami tal-kuxjenza tagħha u titlob apoloġija lill-familja ta’ Yorgen Fenech minħabba l-mod disonest kif il-media tal-Knisja qed ixxandar aħbarijiet dwaru u l-istorja tieqaf hemm! Dak li żgur ma rridx li dawn il-ġurnalisti jgħaddu minn martirju li l-media tal-liberali u l-progressivi, ħabiba tal-media tal-isqfijiet, ippruvaw jgħaddu lili talli qed nikteb dwar din l-istorja traġika ta’ Yorgen Fenech.

2 comments

  1. JA jidher li ghandu pusess fuq il media tal knisja u ghandu ir rih fil qorti meta tant gideb malfami u disprezz li jaghmel lil kullhadd li zgur mhux paladin ta onesta meta instab hatti mill awditur fuq bejgh ta assi tal poplu lil hbieb Nazjonalisti b soldi meta jiswew miljuni u ukoll ma tantx ghandu valuri ta i katolku bl istejjer li smajna dan l ahhar mhu billii jitla fuq il pulptu tal knisja ta Kristu Re jew b i forcina imma ghal knisja la hu Nazjonalist skuzat

  2. Thanks for your very valid contributions mr Mercieca. You are exposing hypocrisy, conflicts of interest and many other valid points in this current saga.

Leave a Reply