Talli kienet tgħajjar lin-nies, Daphne Caruana Galizia kienet ddaħħal aktar minn 4 t’elef euro fix-xahar: il-familja titlob rikompens talli tilfet dan l-introjtu.

Mela mill-istatement jew aħjar l-affidavit li għamlet il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia stess quddiem il-qorti, insiru nafu li Daphne Caruana Galizia kienet qed taqla’ aktar minn l-erba’ t’elef euro fix-xahar mill-blogg tagħha. Il-familja kkalkulat li dan l-ammont kien qed jikber b’rata ta’ aktar minn mitt euro fix-xahar. Biex ikun eżatt, Daphne Caruana Galizia kienet qed taqla’ mill-blogg €4.186,52 fix-xahar. Il-familja ikkalkulat li kieku Daphne għexet sa kemm kellha 73 sena, id-dħul globali minn dawn il-klikks kien ser jitla’ għal €5,032,967.

Dan ifisser, kif qalu l-membri tal-familja tagħha stess, li hija kienet taqla’ ma kull klikk li n-nies kienu jagħmlu kull darba li jidħlu jaqraw l-artikli tagħha u dan il-qliegħ kien ser iwassal għall-aktar minn 5 miljun euro sas-sena 2037!

Issa, il-maġġoranza tal-bloggs ta’ Daphne Caruana Galizia kienu ta’ tgħajjir fuq in-nies. Żgur li kienu diviżivi. L-ikbar li kienet tgħajjar kien lill-Laburisti, ibda minnn Joseph Muscat u l-familja tiegħu. Miegħu kien hemm dawk in-Nazzjonalisti li ma kienux ma’ Laurence Gonzi. Imbagħad ħaditha qatta’ bla ħabel kontra Adrian Delia u n-nies tiegħu. Aktar ma kienet tgħajjar lil dawn in-nies, aktar kienu jidħlu nies jaqraw il-blogg tagħha. Fil-fatt ma kienux jidħlu biss in-Nazzjonalisti jaqrawha imma wkoll il-Laburisti. Waqt li huma kienu jirrabbjaw għall-kitba tagħha, jien kienet qed taqla’ l-flus minn fuqhom.

B’hekk aktar ma kienu qed jidħlu nies biex jissodisfaw il-kurżita’ tagħhom, Daphne Caruana Galizia kienet taqla’ aktar flus. Il-lum il-familja qed tilmenta fil-qorti li bil-mewt tagħha naqsilhom dan id-dħul li parti sostanzjali tiegħu kien ġej miż-żebbliegħ ta’ nies innoċenti. Issa talli l-familja ma għadhiex taqla’ dan il-flus minn dan iż-żebbliegħ trid kumpens finanzjarju.

Infakkar li l-bloggs tagħha tħalla għaddej. Ir-raġuni li ngħatat kienet biex tibqa’ ħajja l-memorja tagħha. Biss qatt il-membri tal-familja tagħha ma qalu li la darba dan ser jibqa’ għaddej, kull darba li n-nies jidħlu fih, huwa kienu ser jibqgħu jaqilgħu l-flus ma’ kull klikk li jssir. Fuq dan ma għandix problema. Biss, waqt li l-persuna għandha kull raġuni li jżomm din il-memorja ħajja ħalli jibqgħu jieħdu l-flus mill-klikks li jsiru fuq il-blogg, nistaqsi jekk fatt bħal dan għandux jkun ikkonsiderat mill-qrati tagħna meta niġu għall-kumpens? Nispera li dan id-dħul qed ikun iddikkjarat lid-Dipartiment tat-Taxxa.

Biss hemm hemm aktar minn hekk. Fir-rikors tagħhom, il-familjari ma qalu xejn jekk din il-pubbliċita’ kollha, li din il-mewt ikkawżat, qedx tiġġenera aktar flus għall-istess familja tagħha. Minn barra li baqa’ dieħel flus minn dan il-blogg, wieħed jistaqsi jekk qedx jieħdu flus mill-kotba, intervisti mogħtija mill-familjari fuq l-ikbar televiżjonijiet tad-dinja kollha etċ minħabba dan il-qtil? Il-mistoqsija tiegħi hija din. F’kawża ċivili ta’ dan it-tip, għandu jkun mistħarreġ jekk hemm dan it-tip ta’ dħul? Għandu dan ikun ikkalkulat mill-qorti u jiġi mnaqqas mill-valur li familja tkun qed titlob?

Infakkar ukoll li din il-familja qed tingħata kumpens tal-ħin li qed taħli fil-qorti biex tagħmel dawn il-kawżi. Fi kliem ieħor dawn il-kawżi qed jitqiesu li qed inaqqsu mid-dħul effettiv tal-werrieta’. Sa fejn naf jien, ir-raġel ta’ Daphne, li hu avukat, baqa’ għaddej bil-kawżi tiegħu u ta’ dawn, żgur li qed jitħallas. Tifel minnhom jaħdem fis-servizz diplomatiku u ma nistgħax nifhem kif dawn il-kawżi naqsulu jew affettwalu d-dħul mingħand il-gvern. Tifel ieħor jaħdem fil-ġurnaliżmu. Verament il-mewt ta’ ommu hija traġedja, iżda fuq livell ta’ xogħol, storja bħal din ma narax kif tista’ naqqaslu d-dħul tiegħu. Aktar nara li tista’ iżżidulu. Biss fuq dan l-aħħar punt nista’ nkun ikkoreġut. Kemm infakkar li l-qorti ikkalkulat li dawn ser ikunu tilfu madwar €250 000 talli qed jattendu inkjesti u jitilgħu l-qorti minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Infakkar fl-analiżi ta’ Joseph Muscat li din il-mara nqatlet meta bdiet tilef l-importanza tagħha. Dan hu fatt veru għaliex hija kienet wara l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista u dan il-partit ġarrab l-ikbar telfa elettorali mill-indipendenza ‘l hawn. Mela ċ-ċans huwa li din kienet bdiet titlef u mhux iżżid id-dħul tagħha. Mela permezz ta’ din il-mewt traġika, il-familja, potenzjalment, ser tispiċċa tagħmel aktar flus milli kieku l-mejta baqgħet ħajja.

Nifhem li din l-analiżi tista’ tinstema bħala waħda ftit iebsa iżda hawn qed nitkellmu fuq kawża ċivili għad-danni, li qed isir kontra persuni li għandhom innoċenti quddiem il-liġi u fuq kollox, peress li hija ċivili, l-qorti, meta tasal għall-kumpens, trid tieħu inkonsiderazzjoni kull forma ta’ dħul, inkluż dħul li qed ikun iġġenerat minħabba l-istess mewt tal-persuna. Fuq kollox, dan id-dħul li qed jingħad li kienet tagħmel Daphne Caruana Galizia ma kienx sostenut mill-membri tal-familja tagħha fil-qorti bil-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-defunta.

3 comments

  1. Nisthi nghid li jien ikkontribwixxejt ghal dan. Jiena wiehed mill-ftit, jew mill-hafna (ma nafx), li qtajt il-posts taghha kollha.

    Ghal L-kurzita u biex nipprova nifhem l-estremità tal-mibgheda li kellha lejn nies bhali, li jappoggjaw lil partit laburista.

    Kif kien qal Franco Debono, daphne dahhlet f’Malta il-kultura tat-tghajjat. U nsulti inzid nghid.

    Illum ghandha eredi, Manuel delia. Jilghaba tal-puritan imma velenuz u odjuz bhalha.

    Jaqq ta nies.

  2. Nixtieq kieku nara links fejn jidru t tajjir tas-Sinjura Caruana Galizia u ma dawn nispera li ma jkunx hemm screen shots fejn jidrhu edited bhal ma kienu qed ixandru xi nies biex jitfaw dell ikrah fuq is-Sinjura Caruana Galizia.

Leave a Reply