Where your opinion counts

Għandhom ikunu ippubblikati d-dikjarazzjoni tat-Taxxa u tal-Vat ta’ Dr. Bernard Grech

Blogpost minn persuna li kellha pożizzjoni għolja fiċ-ċivil

Kull min hu bħali u għamel snin twal jaħdem fiċ-Ċivil jew ma’ entita’ oħra jaf tajjeb li l-paga tagħna dejjem kienet iddikjarata kollha u dejjem tħallset it-taxxa sal-anqas ċenteżmu. Kull min kellu dawn it-tip ta’ jobs dejjem kien hemm il-persuna inkarigata li toħroġlok il-paga bit-taxxa mnaqqsa u allura moħħok mistrieħ li tkun ħallast kull ċenteżmu dovut lill-istat. Jiena naħseb li din hija sistema tajba li tħallik torqod dejjem trankwil li dak li hu ta’ Ċesri qed tagħtihulu kollu. L-istat għandu jżomm f’moħħu li b’rispett lejn dawk l-eluf kbar li dejjem ħallsu u jħallsu kollox, kull min jagħmel id-dijarazzjonijiet tiegħu għandu jiġi skrutinjat b’mod ekwu bħal dawk li huma mpjegati. Ma jistgħax ikun li għax jien ħaddiem, impjegat, jien inħallas kollox u dawk li jagħmlu dikjarazzjonijiet tagħhom jistgħu, jiena nispera li le, jaħbu minn dak li jaqilgħu biex ma iħallsux kemm suppost li awtomatikament ifisser serq.Pe

Ma nkun qed nikxef ebda sigriet meta ngħid li ħafna jduru mal-liġijiet biex jiffrankaw il-flus, jew kif nafuha jfittxu l-loopholes fil-liġi. Jiena nistaqsi x’inhu jistenna l-gvern biex din is-sistema tiġi studjat b’mod profond u dettaljat ħalli jinħoloq proċess li jara li ħadd ma jisraq lil ħadd? Naħseb inkun qed nikteb f’isem ħafna nies, impjegati, li jaqblu li kull min jaqla’ l-flus għandu jħallas semu kollu lill-istat.

Dalgħodu Dr Jason Azzopardi lluminana, wara l-mawra tiegħu Ġerusalem, fejn żar il-qabar ta’ Kristu, li l-Prim Ministru ser jikser il-liġi meta prova jordna lill-Kummissarju tat-Taxxi biex jirtira ċ-ċertifikat li l-istess Kummissarju ħareġ lill-Kap tal-Oppozizzjoni. Dawn x’affarijiet huma Dr Azzopardi? Jiena nippretendi li f’din il-kwistjoni m’għandux għalfejn jidħol la l-Prim Ministru u lanqas il-Kummissarju tat-Taxxi. Jiena nippretendi li din l-informazzjoni għandha tkun miftuħa għal kull min jidħollu dubbju serju fuq xi ħadd. Jiena nippretendi li kwalunkwe ġurnalist li jista’ jkollu informazzjoni ta’ nuqqas ta’ dikjarar, u allura nuqqas ta’ taxxa dovuta, għandu jkollu l-bibien dipartimentali miftuħa biex jagħmel l-indaġni tiegħu. Jiena nippretendi li ħadd m’għandu jmur għand il-Kummissarju tat-Taxxa jinnegozja d-dovut ta’ taxxa tiegħu. Jiena nippretendi li ħadd, ikun min ikun, m’għandu jkun imdejjaq jew inkwitat li jindagaw fuq l-introjtu tiegħu u l-ammont ta’ taxxa mħallsa.

Dr Jason Azzopardi inti kollox tiddikjara? Inti kull min jiġi għandek u titħallas toħroġlu rċevuta? Inti dejjem ħallast it-taxxa dovuta sa l-anqas ċenteżmu? Qed nistaqsik dawn il-mistoqsijiet għaliex int wieħed minn dawk li tiddikjara int x’taqla’ mill-professjoni tiegħek. Allura tajjeb li nkun ċert minnek ukoll qabel nargumenta fuq min ktibt int dalgħodu. Dr Azzopardi ħa nagħmililek ċara, int qed tattakka lil Prim Ministru biex tgħatti l-warrani tal-Kap tal-Oppozizzjoni li int stess poġġejt f’dik il-kariga?

Int kellek x’taqsam mal-appuntament li sar mal-Kummissarju tat-Taxxa biex Dr Grech b’xi mod jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu u jħallas dak kollu dovut? Għalfejn kellek tidħol int jew xi ħadd ieħor biex Dr Grech isirlu appuntament? Nistaqsi iżjed, għalfejn kellu bżonn jagħmel dan l-appuntament Dr Grech? Allura x’hemm veritier minn dawk l-affarijiet kollha li ntqalu waqt il-kampanja elettorali tal-Kap?

Dr Azzopardi b’dak li ktibt dalgħodu kkonfermajtli li dak li sar minn Dr Grech (u min minn irranġalu) kien maħsub għal xi ħaġa. Ħafna bħali bqajna diżappuntati ħafna kif meta kien jiġi mistoqsi dwar it-taxxa, Dr Grech kien juri biss iċ-ċertifikat. Issa b’dak li għidt Dr Azzopardi, jista’ jkun li int, Dr Grech jew l-kumplament tal-klikka għandkom xi ħaġa x’taħbu? Jista’ jkun li għalkemm Dr Grech wasal għal xi arranġament hemm affarijiet li setgħu saru ta’ malgħajr biex ikun jista’ jkompli l-ġlieda biex isir Kap, kif fil-fatt sar?

Bħala nazzjonalist Dr Azzopardi int daħħaltli ħafna dubbji dal-għodu u allura issa qed nesiġi li l-Kummissarju tat-Taxxi jiġi mogħti l-ordni biex jippublika r-records kollha dwar ir-returns tat-taxxa u VAT ta’ kemm ilu li laħaq avukat Dr Grech. Dan qed nagħmlu għal żewġ raġunijiet:

1) La Dr Azzopardi daħħalli dawn id-dubbji, fuq xi ħaġa li mingħalija kienet magħluqa, issa rrid nara u nkun naf kollox; 2) Jekk il-Prim Ministru ma jagħmilx hekk allura jkun qed jibgħat messaġġ li jista’ jkun li, barra li ma toħroġx l-informazzjoni fuq Dr Grech, jista’ jkun hemm il-possibilita’ li xi darba ma toħroġx informazzjoni fuq nies oħra li jistgħu jkunu nies viċin tiegħu anki fl-istess membri tal-gvern.

One thought on “Għandhom ikunu ippubblikati d-dikjarazzjoni tat-Taxxa u tal-Vat ta’ Dr. Bernard Grech

  1. Kif ma jisthix dan JA jipriedka biex persuna ikollu l etika fuq l istejjer tal misthija li smajna fuqu .Messhu li illu li irezenja gha kif qallu l awditur li kien responsabli ghal aktar min darba b iresponsabilta ta art [ flus ] il poplu moghtija lil bazuzuzli b soldi u anke l istejjer li smajna fuqu tal qabar ta Kristu .Shame of you

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *