Nhar il-Milied, Kevin Wain jgħid lil Adrian Delia li la darba tkeċċa l-aħjar għalih jibqa’ barra mill-Partit Nazzjonalista.

Blogpost minn partitarju Nazzjonalista

L-awguri tal-Milied inferxu ma’ kullimkien. Illum nawguraw il-ġurnata t-tajba lil dawk kollha li b’xi mod jonoraw lil San Stiefnu b’isimhom. Illum ukoll, grazzi għall-ħakma Ingliża, hija l-ġurnata li għadna nsejjħu Boxing Day. Mid-dehra ċerti politiċi malajr insew ix-xewqat sbieħ li għaddew lill-kostitwenti tagħhom. Xorta libsu l-ingwanti politiċi tal-boxing (pun intended) u għaddew rimarki biex ikattru l-firda flok l-għaqda. Anzi politiku minnhom għamel hekk saħansitra nhar il-Milied stess.  Hawn qed nirreferi għall-kunsillier Nazzjonalista minn tas-Sliema Kevin Wain.

Mela dan Kevin Wain mhux membru tal-parlament u lanqas ser jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Biss ikkontesta għall-kunsill lokali, tela’ u allura jippreżenta lil-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill ta’ Tas-Sliema. Hu jattendi l-laqgħat imma dan l-aħħar qalilna li minħabba li għandu xi problemi fiżiċi jgħaddi xi ħin rieqed waqt il-laqgħat tal-istess kunsill. Anke kieku ma riedx jgħidilna dan sirna nafuh minn xandira diretta tal-kunsill ta’ Tas-Sliema.

Issa dan l-istilla politika, li jaħdem l-Universita’, qed ikun fl-uffiċċju ta’ Jeremy Gingell, wieħed mid-diretturi li qed jieħu eluf ta’Ewro fis-sena, li jaħdem id-Dar Ċentrali. Dan Kevin Wain hu magħruf ma’ kulħadd li qatt ma ħamel lil Dr Delia. Dan kien dejjem jiġri wara Dr Simon Busuttil u fl-aħħar elezzjoni tal-Kap, għalkemm ried lil ħaddieħor flok Dr Grech, ħadem biex xorta jerbaħ Bernard Grech. Qaluli li kieku Delia kkontesta ma’ qattusa hu kien jaħdem biex titla’ l-qattusa.

Mela fil-ġurnata tal-Milied flok qagħad jawgura l-festi t-tajba, dan kiteb hekk fuq il-facebook page tiegħu: ‘Once thrown out there’s no reason to try to get in again. Best remain out’. Peress li ħaseb li ma nifhmux bil-Malti, dan il-politikant ta’ sitt stilel, fil-Milied għaddha messaġġ lil Dr Delia fejn qallu li la darba tneħħa m’hemm ebda raġuni għalfejn għandu jerġa’ jidħol u li aħjar jibqa’ barra.

Ara x’arroganza ħierġa minn nies li jkunu f’uffiċċini fid-Dar Ċentrali. U dan il-paladin tal-ġustizzja u tar-rule of law għandu xi dritt divin (forsi rċivieh minn għand Dr Grech), li jgħid lil Dr Delia, u allura lis-sostenituri tiegħu, x’għandu jagħmel u kif jaġixxi.

Ħa ngħidlek ħabib, fessud tal-mama’, mur kompli orqod jekk jista’ jkun mhux waqt il-laqgħat tal-kunsill u ħalli lil min jorqod mal-lejl. Qaluli li ilhom jgħidulek biex toqgħod lura mill-politika u jekk jista’ jkun ma tikteb xejn. Isma’ minnhom ħabib!

Leave a Reply