L-Imħallfa Abigail Lofaro u l-kumpaniji tal-iżvilupp li tissemma’ fihom

Meta nhar il-Ħadd li għadda ħarġet l-istorja li Rosianne Cutajar u Charles Farrugia ħadu flus minn tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ propjeta’ mingħand il-kumpanija Green Eyes Ltd li tagħha, bħala segretarju hemm ir-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro, din il-gazzetta kkonkludit l-artiklu hekk:

“Abigail Lofaro retains shareholdings in property companies Number 62 Property Limited, Five Stars Properties Limited, and The Platinum Construction Company”.

Ara fuq dan l-aspett, fejn imħallfin għandhom shareholdings ta’ dan it-tip,  l-esperti tar-‘rule of law’ u tar-Repubblika ma huma jgħidu xejn. Anzi spiċċaw jiddefendu mħallfa li r-raġel tagħha kien involut f’negozju ma’ Yorgen Fenech.

Ovvjament l-imħallfa ma hija tagħmel xejn illegali jew kontra l-liġi għaliex hija shadeholder f’dawn il-kumpaniji, jiġifieri Number 62 Property Limited, Five Stars Properties Limited u The platinum Construction Company. 

Iżda jrid jingħand, li kuntrarjament għal pajjiżi oħra, il-ġudikatura f’Malta tista’ tkun shareholder f’kumpaniji kummerċjali, iżda mhux direttur. Fil-fatt, fil-guidelines li ħarġu fis-sena 2010, bdew jippermettu dan. Dawn il-guidelines jispeċifikaw li “this applies even if the company is solely owned by the judge and his family”.

Iżda, il-Kodiċi tal-Etika tal-ġudikatura jgħid ukoll li “members of the judiciary shall not accept any post that could hinder them or restrict them in the full and correct performance of their duties”.

Dan il-kodiċi jgħid ukoll li “judges and magistates shall not engage in any activity that is in its very nature incompatible with the office they hold“ u li “shall not exercise any profession, business or trade.” 

Ara fuq dawn il-linji gwida, tar-rule of law ma jitkellmux. Nistaqsihom jekk jarawx kontradizzjoni f’dawn il-linji gwida u f’dak li qed jippermetti l-code ta’ etika biex lill-imħallfin ikunu x-shareholders f’kumpaniji tal-familja tagħhom. Fil-każ tal-imħallfa Lofaro għandha shareholding f’kumpaniji tal-kostruzzjoni.

Ara x’ġara issa. Raġel ta’ imħallfa nqabad, allegatament ibiegħ propjeta’ għan-nom ta’ kumpanija li tagħha huwa s-segretarju u jħallas senserija ta’ ftit inqas minn mitt elf fi flus kontanti.

Ma jaħsbux tar-rule of law, li din il-konċessjoni tista’ taffettwa l-indipendenza tal-ġudikatura? Ara fuq dan il-punt, l-imħallfin tal-inkjesta kienu fuq silenzju totali. Infakkar li Joseph Muscat għamel aċċenn għal dan. Dan tar-rule of law ma jaraw xejn ħażin u lanqas jaħsbu li fatt bħal dawn jistgħu’ jimpinġi ħażin fuq l-indipendenza  l-imparzjalita tal-ġudikatura.

Niftakkar l-agħa li kien qam meta leħqu mħallfin Joanne Vella Cuschieri u Aaron Bugeja. Bi żvista, dawn ma kienux rriżenjaw minn segretarju ta’ kumpanija wara li ħadu din il-kariga! Ara fuq aħbar bħal din, fejn imħallfa his shareholder skiet totali mill-media li tridha bħala l-paladina tar-rule of law.

https://timesofmalta.com/articles/view/two-magistrates-are-also-company-secretaries-in-breach-of-code-of.620861

Huwa dmir tal-Prim Imħallef Mark Chetcuti li jara li l-membri tal-ġudikatura jkollhom il-Kodici tal-Etika upgraded.

Infakkar li meta l-imħallfin u l-maġistrati ngħataw dan il-privileġġ fl-2010 kienu ġabu l-argument li huma kellhom il-pagi baxxi. Illum il-pagi tal-imħallfin għolew, qed jingħataw somma meta jirtiraw u anki għandhom penzjoni pprivileggjata. Quddiem dan il-fatt, għandhom l-imħallfin u l-maġistrati jibqgħu jkollhom dan il-privileġġ li jkun shareholders ta’ kumpaniji li mhumiex Public Limited Companies?

One comment

  1. Grazzi talli qed tkompli tikxef l-ipokrezija ta’ dan il-grupp assocjat mal-“Barra Brigade”.

    Mhux li ma konniex nafu, però huwa importanti li ezempji cari bhal dawn jigu ghall-attenzjoni tal-pubbliku.

Leave a Reply