Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ma tippreżentax ir-return tat-taxxa tal-mejta meta titlob kumpens

Fil-kawża ta’ danni li fetħet il-familja Caruana Galizia kontra Yorgen Fenech u tliet persuni oħra ġabet ir-ragunijiet għala kienu qed jitolbu kumpens ta’ aktar minn 5 miljun f’danni.

Il-familja qalet li dan kien l-ammont li tilfet minħabba l-mewt ta’ Daphne. Li kieku hija baqgħet tikteb sa kemm kellha 73 sena, dan kien l-ammont li din il-familja kienet iddaħħal.

Il-familja qalet li Daphne Caruana Galizia kienet tikteb artikli lill-Malta Independent. Hija kienet tikteb 104 artikli fis-sena. Ta’ dawn l-artikli, l-Malta Independent kienet tħallasha 200 euro kull waħda qabel il-Vat. Ta’ dan hija kienet iddaħħal 20,800 fis-sena.

Imbagħad kien hemm dħul mir-riklami. Fis-sena 2008 daħħlet €144,748.77 u fis-sena 2012 daħħlet €101,990. Dan b’referenza għall-ktieb li kellha Taste & Fair.

Imbagħad hemm il-blogg tagħha – The Running Commentary. Minn dan il-blogg, il-familjari qalu li kienet taqla’ ma’ kull klikk.  Skont il-familja, id-dħul kien ivarja. Huma qalu li minn dan il-blogg kienet taqla’ €4,186.52 fix-xahar. Huma komplew jgħidu li kien hemm żieda kostanti fid-dħul li huma kkalkulaw li kienet ta’ madwar €118.55 fix-xahar. Skont huma dan kien ifisser li kieku wasslet sa meta kellha 73 sena, id-dħul tagħha kien ikun ta’ €5,032,967.  Minn hawn ġiet is-somma ta’ €5 miljuni mitluba bħala kumpens.  Fuq kollox, il-familja qalet li wisq probabbli kieku Daphne Caruana Galizia kienet tiskopri li Yorgen Fenech hu sid il-kumpanija 17Black, id-dħul mill-blogg tagħha kien jiżdied sostanzjalment.

Min-naħa tiegħu, l-imħallef Grazio Mercieca għamel il-kalkolazzjonijiet tiegħu li huma kif ġejjin. Din kienet ddeċiżjoni tal-qorti.

Mela mill-Malta Independent kienet qed taqla’ €20,800 fis-sena. Huwa mmultiplika dan id-dħul għal għaxar snin.

Minn Taste & Fair, Daphne Caruana Galizia kienet taqla’ €100,000 fis-sena u dawn ġew immultiplikati għall-għaxar snin.

Mill-blog kienet taqla’ €4,186.53 fix-xahar. Jekk dan jiġi ikkalkulat fuq perjodu ta’ għaxar snin, l-ammont jilħaq is-somma ta’ €503,383 fis-sena.

L-imħallef Grazio Mercieca kkalkula li din il-familja qed iġġarrab telf finanzjarju minħabba ix-xogħol u l-ħin li qed tiddedika għal dawn il-kawżi u ta’ dan tahom 250,000 euro f’kumpens.

Bil-kalkoli tiegħu, l-imħallef Mercieca naqqas il-kumpens mitlub mill-familja minn 5,032,967 miljun euro għal 2,108,000 euros.

Biss f’din id-deċiżjoni hawn xi ħaġa stramba. Normalment, iċ-ċittadini komuni, bħalek u bħali, li jmorru jitolbu dan it-tip ta’ kumpens mill-qorti, il-qorti ma toqgħodx fuq dak li jgħidu l-familjari iżda tordnalhom jippreżentaw ir-return tat-taxxa. F’dan il-każ, il-familjari ta’ Daphne Caruana Galizia ppreżentaw affidavit, iffirmata minn raġel tagħha, Peter Caruana Galizia. Biss ma ppreżentaw l-ebda return tat-taxxa.  Għaliex f’dan il-każ, il-qorti ma riditx tara r-return tat-taxxa ta’ Daphne Caruana Galizia?

Infakkar li Daphne Caruana Galizia kellha ħafna problemi mad-Dipartiment tat-Taxxa u l-Gvern tal-Lejber kien ġie akkużat li qed jaqbad magħha permezz tad-Dipartiment tat-Taxxa minħabba l-artikli li hija kienet qed tikteb.  Meta tara dawn l-istatements, tinduna li d-Dipartiment tat-Taxxa kien qed jagħmel xogħolu sew.

Il-mistoqsija li trid issir hawn. Din il-familja li qed tgħid lil kulħadd li qed tiġġieled il-korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel għaliex ma ppreżentatx ir-return tat-taxxa ta’ Daphne Caruana Galizia?

Għaliex il-qrati tagħna ma talbux ir-return tat-taxxa ta’ Daphne Caruana Galizia biex jikkalkulaw il-kumpens?  

Infakkar li normalment il-qorti toqgħod fuq l-income tax returns tal-persuni meta tikkalkula l-kumpens.

4 comments

    • Issa zlaqt fin nixef sie
      hbi, ma semmejtx lima hu l’gvern, ghax nahseb li kien gvern Nazzjonalista, kiem JOSEPH MUSCAT, li qabad lil investigaturi barranin, biex tresqu 7 min nies il Qorti, akkuzati bil qtil u l’mandat tal bicca Blogger kif kien sejhila xi hadd..

  1. Ghax kienu u ghadu jibzghu minnha. Fuq din, il-gvern dghajjef. Anka fi zmien Joseph muscat.

    Jiddispjacini nghid li L-familja caruana Galizia hadet kontroll tal-pajjiz Ghax ihossuhom potenti ghax ghandhom hbieb f’postijiet ta poter. Internazionalment.

  2. kif ghedt tant tajjeb inti,lili w lilek jitolbuha. CG u REPUB.PN imexxu l-istituzzjoniet kif iridu u jaqbel lilhom

Leave a Reply