Where your opinion counts

Kumment tajjeb ħafna ta’ Tony Gaffiero

Qed inġib kumment li għamel Tony Gaffiero dwar il-ġurnaliżmu ġewwa Malta illum. Tony Gaffiero huwa wieħed mill-aktar ġurnalisti veterani u rispettati f’dan il-pajjiż. Gaffiero jgħid li f’Malta ma għadx hawn ġurnalizmu investigattiv. Dan għamlu b’referenza għall-artiklu li ktibt jien dwar il-kumment li għamlet Caroline Muscat ta’ Shift News. Hija ma qablitx li s-Sunday Times u l-Malta Today kellhom jippubblikaw storja li kellha x’taqsam mar-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro. Gaffiero jgħid li l-ġurnaliżmu Malti illum huwa wieħed ta’ “advocacy jounalism”. B’din il-kelma, wieħed jifhem tip ta’ ġurnaliżmu li jitmexxa minn aġenda mhux oġġettiva. Dan in-nuqqas ta’ oġġettivita’ jkun ġej minn interessi soċjali jew politiċi u mill-fatt tal-preżenza tal-isponsors li jkun hemm wara dan il-ġurnaliżmu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *