Where your opinion counts

It-tweġiba tiegħi lil Kevin Cassar: jien dħalt l-universita’ bis-saħħa tiegħi

Mela Kevin Cassar ippubblika artiklu fuqi għaliex qed nikteb il-verita’ fuq il-każ ta’ Yorgen fenech. Hu u sħabu ta’ Daphne Caruana Galizia ħaduha wisq bi kbira għaliex jien kxift il-fatt li Matthew Caruana Galizia qal lill-ġurnalista Taljan li hu ħalla l-karozza barra għaliex – “għażżien”. Il-kelma eżatta li Matthew Caruana Galizia wża kienet “per pigrizia”. Jien għamilt l-argument jekk dan għandux jingħata importanza f’kawża jew inkjesta. Mela skont dan it-tabib u professur tal-universita’ ta’ Malta, jien ma nistgħax nanalizza dak li kiteb Matthew Caruana Galizia. Huma biss għandhom id-dritt tal-analiżi. Mela għaliex bħala storiku nġibilhom is-sorsi, huma jeħdu għalihom u jgħajruk li int insult għall-Universita’ ta’ Malta. Jekk ma tgħidilhomx bis-sorsi, jgħajruk b’conspiracy theories.

Dan ħa għalih ukoll għaliex jien għidt li Matthew Caruana Galizia wża termini abortisti biex jgħajjarni. Għajjarni li jien ‘one cell’. Ara kieku użajt din l-espressjoni jien. Kemm dan u sħabu kienu jgħajruni Faxxista.  Biss huwa u sħabu għandhom id-dritt li jużaw dawn it-termini għaliex huma tal-first tier. Niftakru li dan Cassar għamel karriera jikteb artikli kollha vomtu kontra Adrian Delia.  

Ħa għalih għaliex għidt li Matthew Caruana Galizia insulta lir-rettur meta pprova jdaħħal dubju fil-metodoloġija tal-għażla għad-dħul fl-Universita’ ta’ Malta. Jekk hu verament akkademiku ta’ din l-universita’, kellu jitkellem fuq dan il-punt u mhux jipprova jiddefendi lil Matthew Caruana Galizia meta dan tefa’ dubji fuq il-kriterji tad-dħul fl-universita’ ta’ Malta.

Ħa għalih ukoll għax jien ngħid li jien Trampist. Din oħra tajba. Jien ġej mgħajjar Trampist minn wieħed minn tal-kawża ta’ Daphne. Ma għandix oġġezzjoni. Cassar fakkar lill-qarrejja li Trump attakka lil Hillary Clinton.  Jien infakkar lil Cassar li Hillary Clinton hija favur l-abort. Cassar wera l-appoġġ għall-President elett Joe Biden li hu favur l-abort. Dawn fatti mhux konġenturi. Ma nafx għaliex ħassu offiż b’dan l-argument. Infakkru li CSN hija favur l-abort.

Fuq kollox jien għandix problema li jgħiduli Trampist. Infakkru li Trump kellu “bull year” wara “bull year” fl-Amerika, u anki jekk tilef l-elezzjoni Amerikana, żied fil-popolarita’ tiegħu.

Fuq kollox, Kevin Cassar għamel attakk fuq il-programm li jien għandi fuq Xejk TV. Dan ikun transmess kull nhar ta’ Erbgħa fit-8.30 pm. Jien kont naħseb li dan il-programm mhu qed jarah ħadd. Biss jidher li qed jarawh in-nies għaliex Kevin Cassar u allat ikbar minnu qed jitolbu biex  jitwaqqaf dan il-programm. B’kumbinazzjoni, dawn l-argumenti kontra dan il-programm qed isiru fl-istess żmien.

U għaliex Cassar irid iwaqqaf dan il-programm? Cassar ma jridx li jien inġib nies biex jitkellmu fuq dan il-programm li mainstream media ma tridx tagħtihom spazju. Din hija d-demokrazija li jemmen fiha dan il-professur. Infakkru li jien ġibt lill-avukat Rudolfo Ragonesi. Infakkru li l-avukat Rudolfo Ragonesi huwa t-tifel ta’ Victor Ragonesi li kien is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fi żmien Borg Olivier. Ma għandix dubju li Rudolfo Ragonesi hu avukat rispettabbli. Ġibt nies jitkellmu bħal Giselle Camilleri li missierha miet bil-Covid19. Ġibt lil Marica Micallef li missierha ħa l-Covid19. Fuq l-esperjenzi ta’ din il-mara ser inkun qed nitkellem aktar ’il quddiem. Jiġifieri jekk dan it-tabib jaħseb li ser jagħlaqli ħalqi mhux ser jirnexxilu.

Kemm ngħidlu wkoll li llum ser ikolli lill-avukat Mario Mifsud li fost l-oħrajn dan l-avukat qed jiddefendi partitarji Nazzjonalisti fil-Qorti mill-attakki ta’ Jason Azzopardi. U dawn huma partitarji ta’ Adrian Delia.

Cassar għajjarni fuq dak li ktibt fuq Christian Peregin għax għidt li ħa kuntratt tal-Air Malta. Infakkar lil Cassar, li Peregin bagħat ittra tar-risposta. Jien ippubblikajtha. F’din l-ittra ta’ risposta, Peregin ma ċaħadx li kien qed jaħdem għall-Airmalta matul l-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat. Fuq kollox, fuq dan il-punt sieħbu, Tim Diacono ġa kiteb lill-Universita’ u staqsa għala qed nitħalla nikteb. Ara li Kevin Cassar jikteb mhux problema. Dawn tar-‘rule of law’ iridu biss li huma jkunu jistgħu jiktbu. Ħadd ieħor le.

Dak li nista’ ngħid lil dan it-tabib li jien ser inkompli nikteb u mhux ser tagħlaqli ħalqi. Biss dan mhux ser jgħallimni kif nikteb l-istorja.

Infakkru li jien dħalt l-universita’ bis-saħħa tiegħi. Għandi Ph.D, nippubblika numru ta’ artikli u kotba akkademiċi matul is-sena fuq is-suġġett tal-istorja u l-mara tiegħi mhix it-tifla ta’ xi ex-Prim Ministru ta’ Malta. U bil-ħaqq, l-anqas kelli bżonn it-tribunal tal-isqof biex inkun nista’ niżżewweġ lill-mara li għandi!

Issa jekk dan hu kuntent li Matthew Caruana Galizia jattakka l-kriterji tal-għażla tad-dħul fl-universita’ u jaċċetta u jiddefendi d-dritt li persuna tkun mgħajra ‘one cell organism’ juri x’tip ta’ professur assoċċjat għandha l-Universita’ ta’ Malta fil-Fakulta’ tal-Mediċina. Dan jgħajjarni li ngħawweġ il-fatti meta jekk hemm persuna li qed tgħawweġ il-fatti huwa Kevin Cassar!

2 thoughts on “It-tweġiba tiegħi lil Kevin Cassar: jien dħalt l-universita’ bis-saħħa tiegħi

  1. So this Kevin Cassar is the only one from
    uni who toed the line ta Manuel delia?

    What a twat! Both of them actually.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *