“Intom tat-tielet klassi mhux postkom fil-PN”

Dan hu il-messaġġ li rċieva attivist Nazzjonalista wara tliet snin ta’ ħidma fid-Dar Ċentrali. Quddiem dan il-fatt, hu kitibli hekk:

‘Ilni attiv fil-Partit Nazzjonalista mill-2015. Żogħżiti qatajtha d-Dar Ċentrali nqassam it-tesseri, inċempel lin-nies tal-Kumitati Sezzjonali ta’ wieħed mill-lokalitajiet ta’ Malta. Ħdimt ma’ Simon Busutil. Wara l-elezzjoni tal-2017, appoġġjajt lil Dr. Adrian Delia biex ikun kap tal-Partit. Għal tliet snin sħaħ, minn Settembru tal-2017, dejjem kont ġewwa d-Dar Ċentrali. Iljieli sħaħ ma rajtx il-familja, ma rajtx lill-sħabi l-oħra.

Wasal il-mument fejn Bernard Grech ġie elett kap. Għalkemm ivvutajt lil Dr. Adrian Delia, xorta waħda għażilt li nbaxxi rasi għad-deċizjoni tat-tesserati. Mort biex inkompli l-ħidma tiegħi.

Biex tkun taf, jien persuna tat-tielet klassi. Ħadd ma kellimni. Kulhadd tbiegħed minni. Saħansitra rċevejt telefonata anonima mimlija tgħajjir li aħna ta’ Delia mhux postna hemm ġew. Qalli ċar u tond. “Intom tat-tielet klassi mhux postkom fil-PN”. Nistaqsi għala tat-tielet klassi m’għandhomx jkunu fil PN? X’għandna inqas minn ħaddieħor? Jaħsbu li m’aħniex kapaċi?

Infakkar lill-klikka li sebgħin fil-mija tat-tesserati m’humiex l-elettorat Malti’.

Leave a Reply