Francis Zammit Dimech jintalab jinvestiga lil Wayne Hewitt

Bħal ma tafu, ex-Kandidat Nazzjonalista, Wayne Hewitt tella’ post fuq il-Facebook page tiegħi biex jgħajjar lill-partitarji ta’ Adrian Delia. Hu qal li dawn huma erba’ qtates. Fuq kollox, hu qabbilhom ma’ mara li jitlaq ir-raġel u jmur u jsib oħra u l-mara tinfex tgħajru waqt li r-raġel, kuntent u ferħan jagħmel ħajtu ma ħaddieħor.

Taf inti, għal dan l-ispirtu liberali li jirrenja llum fil-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech. Issa n-nisa saru oġġett. Addio l-korsijiet ta’ Kana! Partitarju Nazzjonalista, John Borg, magħruf bħala l-Paddy, tella’ dan il-post ta’ Hewitt fuq il-wall tas-Segretarju Ġenerali. Hu talab lis-Segretarju biex jinvestiga lil Hewitt. Anzi qallu li għandu jissospendih. Borg kiteb hekk:

Din tfajtha fuq il-wall tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Jekk veru serju jissopendih mill-Partit lil dal-vojt kollu li ħareġ għall-elezzjoni u ma nġabarx. Iktar minn qatt qabel għal ġol-ħajt.

Dan il-partitarju kompla jgħid li Francis Zammit Dimech mhux ser jagħmilha għax jibża. John Borg kiteb hekk:

Imma Francis Zammit Dimech coward għax jibża’ li jkeċċu lilu għax ġa qalulu biex jirreżenja…

Hu għalaq il-messaġġ tiegħu b’dan il-kliem:

Jien wieħed mill-qtates ta’ Delia.

Leave a Reply