L-imħallfa Abigail Lofaro u l-Ministru Lorry Sant

Il-bieraħ, jien ippubblikajt artiklu fejn għidt li r-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro huwa nvolut mal-Franċiż fil-bini tal-Jerma Hotel. Fuq dan il-ġurnalisti ma jgħidu xejn. Għidt ukoll li dan l-iżvilupp li r-raġel tal-imħallfa u l-Franċiż iridu jagħmlu ma jistgħax isir għaliex jikser il-kundizzjonijiet li hemm imposti fuq din il-binja mill-gvern. Meta l-Gvern Malti – ta’ żmien Mintoff – għadda din l-art lill-privat, hu għamel numru ta’ kundizzjonijiet. Prinċipalment, din l-art kellha biss tintuża għall-skop turistiċi.

Issa tela’ dan il-kumment fuq Abigail Lofaro fuq il-Facebook page tiegħi. Din il-persuna fakkret li Abigail Lofaro kunjom xbubitha huwa Attard. Jien inżid ngħid li hija minn Bormla. Skond din il-persuna, Agibail Lofaro kienet biċċa waħda mal-Ministru Laburista Lorry Sant. Infakkar li Daphne Caruana Galizia kienet kitbet ħafna kitbiet kontra l-Ministru Lorry Sant. Daphne Caruana Galizia kienet tqies lil Lorry Sant bħala korrott kbir. Minħabba din il-konnessjoni passata, kellha din l-imħallfa tirrikuża ruħha mill-inkjesta? Mhux ta’ b’xejn li l-imħallfin ma jridux imorru lura fl-inkjesta, kif talabhom Joseph Muscat, għal qabel 2013! Qed inġib kumment ta’ din il-persuna li jafha sew lil Abigail Lofaro. Il-messaġġ ta’ din il-persuna huwa kif ġej:

Dak li nista’ ngħid li wara li l-Lejber mar fl-Oppożizzjoni wara l-1987, Lofaro dejjem qagħdet lura milli turi li hija minn Bormla. Jien kont naħseb li dan il-fatt kien minħabba li issa saret parti mit-tim tal-Pepe. Fi kliem ieħor, issa saret parti mill-first tier. Infakkar li skont Daphne Caruana Galizia, in-nies ta’ Bormla ħamalli. Skont sieħbha l-avukat li għandu boċċi kbar – hija tal-first tier. Biss jidher li hemm imgħoddi li trid taħbi.

Kemm infakkar li fit-tmenijiet, il-Partit Nazzjonalista kien għamel kritika qawwija kontra il-Ministru Lorry Sant minħabba l-mod ta’ kif kienu jingħataw il-postijiet tal-Housing u l-plots tal-gvern. Dawn kienu jaqgħu taħt id-dikasterju tiegħu.  Illum, insiru nafu li Abigail Lofaro kienet serviet bħala ‘housing secretary’ f’dan il-perjodu xejn sabiħ tal-istorja ta’ Malta.

Fuq kollox, il-familja tagħha l-anqas marret ħażin. Gawdiet minn dar tal-Gvern fiż-żona magħrufa bħala ta’ Ħawli fil-Birgu.

Dak li joħroġ minn dan il-kumment li dawk li jimxu f’Malta huma dawk in-nies li jirnexxilhom, bħal kalamaonte, jibdlu l-kulur tagħhom skont iż-żmien.   Naħseb li wasal iż-żmien li l-media tibda ddur u tara l-interessi ta’ dawk l-imħallfin u l-maġistrati li huma involuti fil-business tal-propjeta’. B’kumbinazzjoni waħda minn dawk li hija nvoluta f’dan il-business, hija l-paladina tar-rule of law u tal-għaqda Repubblika. B’kumbinazzjoni din hija waħda mill-aktar imħallfin akkaniti kontra Yorgen Fenech. Min jaf għalfejn? 

Leave a Reply