Ir-reportage falz dwari mis-Sunday Times u l-Gvern jagħtiha l-flus

Illum, l-editor-in-chief tas-Sunday Times ippubblika artiklu ieħor ta’ Manuel Delia tal-arriva. Dan għoġbu juża l-ispazju ta’ din il-gazzetta biex jattakkani. Sa hawn mhux problema. Iżda spiċċa jigdeb fuqi. F’dan l-artiklu, Manuel Delia rrefera għall-istorja li ppubblikajt dwar Matthew Caruana Galizia. Dan qal lill-ġurnalista Taljan li ħalla l-karozza barra għax ‘għażżien’. Jien staqsejt jekk dan il-fatt għandux ikun investigat mill-imħallfin tagħna. Dan hu dettall li ma jridux li l-poplu jkun jafu.  Skont Delia, il-fatt li jien nikkwota li kiteb Matthew Caruana Galizia jammonta għal ‘slander’ u talab it-tkeċċija tiegħi mill-universita’. Biss baqa’ f’wiċċu.

Biss illum meta Delia kiteb dwar dan il-każ, ma rreferix għalija b‘ismi. Qal biss li din qalha ‘a government official’. Infakkar li dan Manuel Delia kien ‘a person of trust’  tal-Ministru Austin Gatt. Dan ex-uffiċjal għoli tal-Gvern ma jafx li l-akkademiċi tal-Universita’ ta’ Malta ma humiex ‘government officials’? Ma jafx l-editur li din hija nformazzjoni falza?

Manuel Delia għamel dan l-istatement inkonnesjoni ma’ dak li kiteb Mark Camilleri meta bagħat mara tieħdu f’sormha. Delia qal li Camilleri talbuh jirreżenja waqt li lili ddifendewni għaliex dak li ktibt jaqa’ taħt ‘freedom of speech’. Li kieku dak li ktibt mhux veru, ġa fetħu libel kontra tiegħi. Biss kien hemm kumment ħelu. Dan fakkar lil Manuel Delia tal-Arriva, li Mark Camilleri ma għadux baddie għalih għaliex issa dan Camilleri taħt  premju lil Manuel Delia! Biex inkun eżatt, dan kien il-kumment li sar fuq is-Site tas-Sunday Times. ‘So M. Camilleri is no longer a baddie once he’s given Manuel a little prize. Am I surprised?

Biss id-daħqa hija din. L-editur tas-Sunday Times gerger li ħa l-istess ammont ta’ flus li ħadu media oħrajn minħabba l-Covid19. Jien niskanta kif dan il-gvern jagħti flus lil din il-gazzetta li tigdeb fuq iċ-ċittadini tagħha. Infakkar li l-flus, dan il-gvern qed jiġborhom mit-taxxi tal-poplu. Huwa tal-mistħija li jiġi ppubblikat dan it-tip ta’ artiklu fis-Sunday Times li hu falz, minn persuna li suppost jaf aktar, għaliex kien uffiċjal għoli tal-Gvern.

Leave a Reply