Ingħata raġun dwar dak li ħriġt fuq James Piscopo: l-istejjer dwaru kienu għand il-media aktar minn sena ilu

Ġimgħa ilu, eżattament il-Ħadd li għadda, jiena ktibt artiklu fejn għidt li l-istorja ppubblikata fis-Sunday Times dwar James Piscopo kienet għand xi ġurnalisti aktar minn sena ilu. Infakkar li nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru, is-Sunday Times ippubblikat storja fejn fiha ġie rrappurtat li James Piscopo fetaħ kont barra minn Malta u fih ġew iddepożitati numru sostanzjali ta’ flus.

Din l-istorja tiegħi nqrat mill-ġurnalisti. Tant hu hekk, li James Piscopo innifsu ġie mistoqsi mill-ġurnalisti jekk hux minnu, li aktar minn sena ilu, xi ġurnalisti għamlulu mistoqsijiet dwar dan il-fatt.  James Piscopo kkonferma li din kienet vera u qal li aktar minn sena ilu, huwa irċieva mistoqsijiet dwar dan il-kont. Fi kliem ieħor, dan jikkonferma li din l-istorja kienet għand xi ġurnalisti iktar minn sena ilu.

Mela l-mistoqsija tiġi waħidha. Għaliex il-ġurnalisti li kellhom din l-istorja ma ħarġuhiex meta kienet għandhom aktar minn sena ilu? Għaliex din l-istorja ħarġet issa u ġiet marbuta ma’ Yorgen Fenech? Meta din l-istorja kienet ġa għand xi ġurnalisti, Yorgen Fenech kien għadu ma ġiex arrestat. Jista’ jkun li nitlagħbet xi logħba x’imkien?

Dak li nista’ ngħid fi żgur huwa li dak li qed nippubblika jien mhux fakenews jew ‘conspiracy theories’ għaliex il-ġurnalisti stess li għajruni b’’conspiracy theories’ qed jispiċċaw jaqraw l-aħbarijiet li jien qed inxandar u dawn qed jiġu kkonfermati mill-protagonisti infushom.

Leave a Reply