Bernard Grech jagħmel laqgħa mal-attivisti tiegħu stess

Qed nippubblika messaġġ li rċevejt mingħand persuna li hija Nazzjonalista akkanita. Dan ra Facebook post ta’ Bernard Grech.  F’dan il-post, Bernard Grech qal li huwa jieħu gost jiltaqa’ ma’ attivisti li ilhom jaħdmu fil-partit Nazzjonalista. Ninsab infurmat li Bernard Grech qed itella’ dan il-post minħabba li jien qed nippubblika posts fejn nuri kemm Nazzjonalisti jinsabu rrabbjati u anki qed jitilqu mill-Partit Nazzjonalista. B’hekk irid jibgħat messaġġ li dak li qed ngħid jien mhux minnu.

Meta tella’ dan ir-ritratt xi ħadd bagħatli messaġġ fejn fih qalli li Bernard Grech qiegħed biss jippretendi li qed jisma’ lill-attivisti. Fil-verita’ dak li qed juri huma tnejn min-nies li huma ‘yes men’ tiegħu. Din il-persuna kompliet tgħidli li Bernard Grech jibża’ jgħajjat nies li mhux mill-klikka tiegħu. Fil-messaġġ li rċevejt u li qed nippubblikah ma’ dan l-artiklu, dak li bagħatli l-messaġġ qalli li dawk li qed jiltaqa’ magħhom huma l-istess persuni li ħadmu għall-kampanja tiegħu. Din il-persuna kompliet tgħidli li Bernard Grech huwa verament huwa bniedem falz. Dawn huma biss esponenti tal-klikka.

Kemm ngħid li wieħed minn dawk li jidher f’dan ir-ritratt huwa l-persuna li ressaq il-mozzjoni biex isir Kunsill Ġenerali ħalli jitneħħa Dr. Adrian Delia.  L-ieħor hu memberu tal-Kumitat tal-Mosta.

Leave a Reply