Where your opinion counts

Ir-ritorn ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista

L-ex-Segretarja tal-Partit Nazzjonalista, Rosette Thake għadha kemm bidlet il-profile picture tal-Facebook tagħha.  Fil-profile il-ġdid, tellgħet ritratt li fih tidher hija mal-maġistrat Taljan, Antonio di Pietro, meta dan kien ġie Malta. Fih jidher Manuel Delia u fuq kollox Simon Busuttil. Ħafna Nazzjonalisti qed iqiesu dan it-tibdil tal-profile bħala messaġġ ċar ta’ min hemm wara t-tmexxija llum tal-Partit Nazzjonalista. Fi kliem ieħor, dan hu messaġġ lin-Nazzjonalisti li Simon Busuttil reġa’ ħa l-partit f’idejh u wara l-elezzjoni li jmiss għandu jerġa’ jkun il-kap tal-Partit Nazzjonalista.

B’hekk dan ir-ritratt kompla iżid il-firda li ġa hemm fil-Partit Nazzjonalista. Dan għaliex dan ir-ritratt qed jitqies bħala messaġġ ċar lil Bernard Grech. Fuq kollox hu messaġġ ċar li l-fazzjoni ta’ kontra Dr. Delia llum hija waħda maqsuma.

Waqt li hu fatt magħruf li Bernard Grech hu biss għasfur tal-passa, dan ir-ritratt qed jitqies bħala mossa bla preċedent, peress li ġa qed jitħejju l-pjanijiet u jsiru l-laqgħat fuq il-pjan ta’ azzjoni li ser jittieħdu fil-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni li jmiss. Ġa kienu qed jissemmgħu ismijiet papabbli għat-tmexxija minflok Bernard Grech. Issa b’dan ir-ritratt, qed jintbagħat messaġġ li Simon Busuttil huwa interessat. Infakkar li Simon Busuttil ma kienx f’din il-lista ta’ dawk papabbli għal wara Bernard Grech.

Infakkar li Jason Azzopardi għadu kif qal fil-Parlament li l-elezzjoni tal-2017 intrebħet b’ingann. Dan ġie interpretat bħala messaġġ ċar biex jgħid li Simon Busuttil ma kellux għalfejn jirreżenja wara telfa daqshekk kbira fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista. 

Quddiemu l-Partit Nazzjonalista għandu żminijiet interessanti.

Ritratt bħal dan huwa daqqa oħra ta’ sfiduċja f’Bernard Grech mingħand dawk stess li tellgħuh kap.

One thought on “Ir-ritorn ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *