Sentenża kontra l-mod ta’ kif il-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali jmexxu proċeduri kriminali.

Illum deher artiklu fil-Malta Independent dwar il-fatt li l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija weħlu multa ta’ 5000 euro talli qed ikaxxkru saqajhom fil-prosekuzzjoni tagħhom kontra Ian Falzon. Il-pulizija kienet interrogat lil Falzon fit-18 ta’ Settembru 2013 u akkużatu bi frodi fl-27 ta’ Jannar ta’ 2014.  Wara sitt snin il-prosekuzzjoni għadha ma għalqitx il-preżentazzjoni tax-xhieda tagħha. L-akkużat Falzon għadu ma jistgħax jixhed u jġib il-provi tiegħu minħabba li l-prosekuzzjoni għadha ma għalqitx ix-xhieda tagħha.

Il-prosekuzzjoni (jiġifieri l-uffiċju tal-avukat ġenerali) u l-pulizija ġewwa akkużati mill-avukat ta’ Falzon, li huwa Joe Giglio, li qed ikaxkru saqajhom billi jitolbu għall-numru ta’ diferimenti. Il-qorti nnutat li dan hu abbuż. Għal Qorti, dan kien każ ċar li l-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali kienu qed iċaħħdu lill-akkużat mid-dritt ta’ smiegħ ġust u xieraq. Għal qorti dan ma kienx il-mod kif għandhom tkunu magħmula u mmexxijin proċeduri kriminali mill-pulizija u l-uffiċju tal-avukat ġenerali. Infakkar li tattiċi simili qed narawhom jiġu użati fil-każ tal-kumpilazzjoni ta’ Yorgdn Fenech. Il-prosekuzzjoni qed tkaxkar saqajha biex issejjaħ jixhdu Keith Schembri u Melvin Theuma. F’dawk li jissejħu r-rinviji, l-uffiċju ta’ l-avukat ġeneral għadu ma appuntax meta dawn ser jittellgħu jixhdu.

Leave a Reply