Ġbir għall-familji li ntlaqtu ħażin mill-miżuri tal-Covid19

Nhar is-Sibt ser isir ġbir ta’ flus mill-Fundazzjoni U biex jiġu mgħejjuna familji fil-bżonn. Din is-sena jaħbat l-egħluq tal-15-il sena mit-twaqqif ta’ din il-Fundazzjoni U. Din twaqqfet fit-19 ta’ Diċembru 2005. Is-Sibt li ġej, id-19 ta’ Diċembru, ser isir il-kunċert annwali fuq it-TV tal-Milied minn din il-Fundazzjoni. Matul dan ix-show ser isir ġbir ta’ fondi b’risq dawn il-familji fil-bżonn.

Dan l-ispettaklu fuq Xejk TV ser jibda’ fl-4 ta’ wara nofs in-nhar u jibqa’ sejjer sa nofs il-lejl.  Dan il-ġbir ta’ din is-sena ser isir  b’mod speċjali familji biex jiġu mgħejjuna familji Maltin u Għawdxin li  ntlaqtu ħażin minħabba l-miżuri tal-Covid19.

F’Malta, dawn il-familji ġew identifikati mill-Kummissjoni Djakonija li hija fergħa tal-Caritas. F’Għawdex, dan il-familji ġew identifikati mill-Kummissjoni Djakonija tad-djoċesi ta’ Għawdex. F’Ghawdex, il-Kummissjoni Djakonija jieħu ħsiebha Dun Ġwann Curmi.

L-iskop huma li jiġu mgħejjuna 1500 familja fil-bżonn.

Bi preparazzjoni għal dan il-ġbir, Albert Debono ser ikun illum fuq Xejk TV fit-8.30 pm biex jitkellem fuq familji li waqgħu fil-bżonn minħabba l-miżuri tal-Covid19. Albert Debono jaħdem mal-Caritas. Matul il-programm, wieħed ikun jista’ anki iċempel jew jibgħat messaġġ u jitkellem kif intlaqat mill-miżuri tal-Covid19.

Leave a Reply