Spiċċajt bla ħsieb fuq l-aġenda tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista

Advertisements

Illum wara nofs-in-nhar ħriġt bl-aħbar li l-grupp parlamentari Nazzjonalista kien qed jiltaqa’ b’urġenza fil-parlament fis-2.30pm. Din il-laqgħa saret minħabba li llum u għada ser jittieħed vot fil-parlament. Riedu jiddiskutu kif ser jivvutaw. Id-daħqa hija li min kien risponsabbli biex ilaqqa’ l-grupp parlamentari nesa jew ħalla għall-aħħar. Infakkar li d-dati ta’ meta jkun ser jittieħed vot fil-parlament ikunu ilhom magħrufa.

Wara li ħrigt dan l-artiklu, il-grupp parlamentari Nazzjonalista spiċċa jiddiskuti aktar lili, milli l-mod ta’ kif dawn id-deputati kienu ser jivvutaw. Fi kliem ieħor, spiċċajt fuq l-aġenda tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista mingħajr ħsieb. Ta’ dan nirringrazzjahom.  

PS. Wara li ppubblikajt dan l-artiklu kien hemm xi kummenti dwar ir-ritratt li tellajt ma’ dan l-artiklu. Dak huma ritratt qadim tal-grupp parlamentari. Dan hu ritratt pubbliku tal-grupp parlamenti Nazzjonalista qed jiltaqa’ fid-Dar Ċentrali fi żmien Dr. Adrian Delia. B’hekk dan mhux ritratt ta’ din il-laqgħa li qed nitkellem dwarha.