Where your opinion counts

Johann Vella jikkonferma dak li ktibt jien fuq Francis Zammit Dimech huwa minnu.

Wara li tellajt il-blogg fejn għidt li Francis Zammit Dimech qed jara x’inhu jinkiteb fuq Facebook u jekk jara xi kumment li ma  jogħġbux jikteb lil dak li jkun u jheddu li jew ineħħieh il-kumment jew ikeċċieh mill-Partit Nazzjonalista, persuna kiteb fuq il-facebook page tiegħi u ikkonferma dan il-blogpost. Din il-persuna hija Johann Vella. Dan ikkonferma li huwa ġie avviċinat il-bieraħ filgħaxija minn Francis Zammit Dimech u talbu biex ineħħi post u jekk ma jneħħihx heddu li jkeċċieh mill-Partit Nazzjonalista. Hu fatt magħruf li Johann Vella kien wieħed li kien wara Adrian Delia fit-tiġrija għall-għażla ta’ Kap ġdid Nazzjonalista. Dan jikkonferma l-persekuzzjoni politika li Francis Zammit Dimech qed jagħmel kontra partitarji Nazzjonalisti. Dan għaliex jiktbu affarijiet li ma jaqbilx magħhom hu.

Ara meta kien hemm Adrian Delia, dawn l-affarijiet qatt ma saru. Biss skont il-klikka ta’ Bernard Grech, Delia kien dittatur u kriminali. Issa beda ħiereġ min vermament jemmen fil-liberta’ tal-espressjoni u min le.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *