Tim Diacono tal-Lovin Malta jikkonferma li jien ma nippubblikax fakenews.
Mela Tim Diacono għajjarni li jien nigdeb u ngħid il-ħmerijiet. Għajjarni b’conspiracy theory u ried li r-rettur tal-Universita’ ta’ Malta jiftaħ investigazzjoni fuqi jekk hux qed nieħu ħlasijiet dwar dak li qed nikteb fuq Yorgen Fenech. Issa tellgħu artiklu fejn fih Ray Fenech qed jgħid li hu qatt ma ħa rigal mingħand Jason Azzopardi biex dan ta’ l-aħħar jikkanċella dejnu meta mar Tel Aviv, biex minn hemm imur jorqod lejl fuq il-qabar ta’ Kristu. Infakkar lil dan il-ġurnalist li jien ġa għidt din l-aħbar ġimgħat ilu. Mela jien ma nippubblikax fakenews kif dan il-ġurnalista u sħabu tad-Daphne Brigade allegaw fuqi!
Dan l-artiklu dwar il-fatt li Ray Fenech qatt ma ħa rigal mingħand Jason Azzopardi kont ktibtu 21 ta’ Novembru 2020. Qed nagħti l-link ta’ dan l-artiklu hawn taħt.
Ray Fenech Qatt ma Rċieva Frame tal-Fidda mingħand Jason Azzopardi