Where your opinion counts

Il-Gazzetti tal-Liberali qed jagħtu bejniethom? Indikazzjoni li qed jieħdu l-flus b’mod okkult?

Caroline Muscat bagħtet messaġġ lill-edituri ta’ The Times of Malta, Malta Today u The Malta Independent u qaltilhom li jekk huma qed jaħsbu li ser jkissru tliet snin ta’ ħidma u sagrifiċji min-naħa ta’ Shift News ser jgħarralhom. Dan għaliex dawn qalulha li hija ‘political operative’.

Hija qaltilhom li waqgħu għan-nejk. Hija tkompliet tgħidilhom li din ma tiġrix f’demokrazija normali. Fi kliem ieħor dawn qatt ma kellhom jattakkawha. Hija tkompli tgħid li hija ma għandha xejn x’taħbi. Biss twissihom li persuni li joqogħdu f’djar tal-ħġieġ ma għandhomx igaraw ġebel. Hija qalet li issa iddejqet taqla’ d-daqqiet taħt iċ-ċitorin. B’hekk wissiethom. Kunu lesti. Daqt ser tibdew tiżfnu.

Kemm infakkar li meta jien tellajt post ta’ Lilliana Risiott Copperstone dwar finanzjarjamenti okkulti, ġejt mgħajjar u għadni niġi mgħajjar b’’conspiracy theory’. Funzjonarju għoli fi Brussel, Mark Sciberras, għadda dan il-post lil Caroline Muscat. Din kitbet dwar il-post ta’ Liliana Risiott fuq Facebook Page tagħha għax Mark Sciberras qallha li hu tiegħi. Dan il-funzjonarju minn Brussel, Mark Sciberras, sejjaħ lil omm Yorgen Fenech – omm l-assassin. Dan hu l-mod sublimi ta’ kif jitkellmu l-funzjonarji għoljin ġewwa Brussel.  Dan saħansitra beda ħidma, li għadha għaddejja sal-lum, biex jien nitkeċċa mill-universita’ għaliex skont huwa qed nigdeb. Issa ħareġ li dak li qalet Liliana Rissiott huwa minnu.

Wieħed irid jiftakar li dawn il-gazzetti huma kollha flimkien minħabba l-kawża ta’ Daphne. Mela dak li kitbet Liliana Rissiott Copperstone mhux gidba. Infakkar li l-avukat Nicky Azzopardi, li hu biċċa waħda mad-deputat Ewropew David Casa, għadu kif kiteb li jien għandi bżonn trattament psikjatriku u għandhom ikeċċuni mill-universita’ għaliex fost l-oħrajn nitkellem fuq ħlasijiet okkulti. Anki jekk dan jien qatt ma għamiltu. Ara issa, Caroline Musat qed tgħid lil The Times of Malta, the Malta Independent u l-Malta Today li ser tkun qed titkellem dwarhom talli qalu li hija ‘political operative’. Issa tafu li ma niktibx dwar ‘conspiracy theories’.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *