CSN itellgħu poster favur l-abort?

Wara li l-bieraħ tellajt l-artiklu fejn għidt li tas-CSN kienu bbojkottjaw il-konferenza stampa ta’ Adrian Delia. Nixtieq ngħid li sitt siegħat wara li tellgħuh bidluh u neħħew ir-ritratt li fih ma kienx inkluż Dr. Adrian Delia u tellgħu l-video ta’ din il-konferenza stampa fejn fiha jidher Adrian Delia jitkellem. Issa ara ma jiġix xi ħadd u jgħidli li CSN mhix parti ntrinsika mill-klikka ta’ Bernard Grech.

Issa qed inġib poster ieħor li tellgħu CSN ftit ilu. Dawn hu poster dwar l-Argentina. Fih jagħtu l-aħbar li fl-Argentina ser jerġa’ jiddaħħal l-abort. Infakkar li l-Argentina hija l-pajjiż li minnu ġej il-Papa. Hu biss statement ta’ stat ta’ fatt biss dawk li qrawh interpretawh bħala propaganda favur l-abort. Kemm infakkar li matul il-kampanja ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kont tkellimt dwar il-fatt li Bernard Grech huwa favur l-abort. X’ser jgħidulna issa l-klikka ta’ Bernard Grech dwar dan il-poster. Sewwa qed naqra li dan hu poster favur l-abort u dan hu group favur l-abort? Nispera li ma jkunx hemm xi ħadd u jgħidli li din hija ‘conspiracy theory’.

Issa kulħadd jaf min qed jgħid il-verita.

One comment

  1. We R whom we speak and acknowledge! There’s no concrete evidence on what politicians declare.
    Neither does the Pope have “God’s” # acknowledged blessings!

Leave a Reply