Il-Konferenza Stampa ta’ Dr. Adrian Delia Tiġi Mwarrba mis-CSN
Mela llum saret konferenza stampa dwar l-għażla tal-Professur Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Din il-konferenza stampa saret mill-Partit Nazzjonalista. Fiha tkellem Dr. Adrian Delia. Jien ġejt mgħajjar giddieb għaliex għidt li Adrian Delia qed jiġi mwarrab. Il-kummenti kienu li din il-konferenza stampa qed tikkonferma li Dr. Adrian Delia mhuwiex imwarrab fil-Partit Nazzjonalista. Fil-verita’ l-artikli tiegħi qed idejqu lill-PN. Wara l-aħħar artiklu, Dr. Delia ġie mistieden biex jieħu sehem f’din il-konferenza stampa ħalli juru li mhux qed iwarrbuh. Għaliex hu bniedem ġentlom u tal-Partit mar. Dr. Delia ma jridx ħsara lill-Partit Nazzjonalista. Biss xorta ġara dak li għidt jien. Araw kif ġiet irrappurtata din il-konferenza stampa li ta Dr. Adrian Delia mis-CSN. Għal li jista’ jkun qed taraw lil Dr. Adrian Delia x’imkien f’dan ir-ritratt li qed nipproduċi tas-CSN? Jidhru biss Edward Scicluna, Carol Aquilina u Mario deMarco. Infakkar li s-CSN hija biċċa waħda mal-klikka li qed tmexxi lil Bernard Grech.
Infakkar li meta Dr. Adrian Delia fetaħ il-kawża kontra l-Vitals, la Carol Aquilina u l-anqas Mario de Marco ma daħħlu parti minnha. Infakkar ukoll li dawn it-tnejn tal-aħħar, huma avukati bħal Dr. Delia.

Dawn mhux vera irridu l ghaqda u bieghhom biss mhux ser nirbhu l elezjioni. Attenti min qieghed jifixkel . Il partit attent ghax dawn pinnuri. Delija gaghab new comers ghax genwin billi favour il klassi tisfel u hadt ma ha hsiebhom vera u tassew bhalhu.