Where your opinion counts

Dawk li ma jimxux skont kif jgħid Jason Azzopardi huma persuni bla moħħ

Qed inġib messaġġ li tella’ Paul Caruana Galizia, it-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia. B’mod indirett, dan kiteb li dawk li qed jaqraw l-artikli tiegħi, u allura mhux qed issegwu r-retorika ta’ dawk li ma jaqblux ma’ x’qed tgħid il-familja Caruana Galizia u l-avukati tagħha, huma persuni bla moħħ.

Paul Caruana Galizia, li jiġi t-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia, sostna li dawk li jaqblu ma’ dak li qed jgħidu l-avukati tagħhom, għandhom moħħ biex jaħsbu. Nixtieq infakkar lil Paul Caruana Galizia, li wieħed mill-avukati tagħhom, Jason Azzopardi, inqabad jigdeb aktar minn darba.

Dan hu l-messaġġ li Paul Caruana Galizia tella’ fuq Facebook b’referenza għal mod kif Joseph Muscat xehed fl-inkjesta. Paul Caruana Galizia kiteb bl-Ingliż. It-text ta’ Paul Caruana Galizia hu kif ġej:

Muscat today calls the assassins stupid. But if they did miscalculate, it’s because Muscat engineered a situation where it was easier for her deadly enemies to think that an isolated journalist, with powerful enemies all round, detested by many, could be killed with impunity.” This, as our lawyers and we know well, is the main point. And the main objective of the public inquiry. How good it is to have people with brains, informed opinions, and who can write – and who aren’t bribed, bought, and misled by Yorgen Fenech and his mother.

Bil-Malti jinqara hekk:

Illum Muscat sejjaħ lill-assassin stupidi. Imma jekk dawn għamlu miskalkulazzjoni, din ġrat biss minħabba li Muscat ħadem sitwazzjoni fejn kienet aktar faċli għall-għedewwa qattiela tagħha biex jaħsbu kif jeżolaw lill-ġurnalista, li kellha għedewwa b’saħħithom ma’ kullimkien u ma kienetx imġerħa minn ħafna, biex tinqatel mingħajr ħniena”.  Dan kif l-avukati tagħna u intom tafu sew, huwa l-punt prinċipali. U [dan hu] l-oġġettiv prinċipali ta’ din l-inkjesta pubblika.  Kemm hu tajjeb li jkollok persuni li għandhom moħħ, u opinjoni infurmata u jistgħu jiktbu – u li mhux imxaħma, mixtrija jew żvijati minn Yorgen Fenech u minn ommu.

Dan hu messaġġ ċar kontra l-artikli li qed nikteb jiena. Dak li nista’ ngħidilkom li jien mhux qed nieħu flus mingħand Yorgen Fenech u qatt ma ġejt imxaħħam minnu. Jien qatt ma rajt lil Yorgen Fenech f’ħajti. L-anqas qed nieħu flus mingħand ommu, Patricia Fenech. Jien qatt mal-iltqajt ma’ omm Yorgen Fenech. L-anqas qatt ġejt żvijat minn Yorgen Fenech jew minn ommu.

Infakkar li omm Yorgen Fenech kienet uriet bil-fatti li Jason Azzopardi, ħa ġurament falz meta qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech.

Patricia Fenech hija mara u omm. Hija għandha dritt, bħal kulħadd persuna oħra, li tikteb fil-Facebook Page tiegħi u turi x’taħseb. Infakkar li din il-mara bdiet tikteb fuq il-paġni tal-Facebook Page tiegħi wara li Jason Azzopardi, li jiftaħar li huwa favur l-espressjoni ħielsa, ibblukkjaha milli tikkummenta fuq il-Facebook Page tiegħu għax kixfitlu għawwaru. Mhux talli ma żvijjat lil ħadd, talli ħareġ li hija kienet qed tgħid is-sewwa.

One thought on “Dawk li ma jimxux skont kif jgħid Jason Azzopardi huma persuni bla moħħ

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *