Ex-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo uża lil Nexia BT biex iddawwar telf fi profitti għall-kumpanija tiegħu

F’dawn il-jiem kien hemm żewġ aħbarijiet li jikkonċernaw lill-ex-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Infakkar li Ivan Bartolo kien id-deputat li ċeda postu lil Bernard Grech. Dan huwa deputat wara l-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan uża din il-kawża biex iwaqqa’ lil Adrian Delia minn kap tal-Partit Nazzjonalista.

L-ewwel aħbar kienet dik li Ivan Bartolo tqabbad biex joqgħod mal-avukata Martina Caruana fuq bord li ser jieħu ħsieb l-ideoloġija tal-Partit Nazzjonalista. Skont The Times, Bartolo ser ikun il-President tad-Djalogu Soċjali u ‘outreach’. F’din il-pożizzjoni Bartolo ser ikun qed jikkonsulta ma’ organiżżazzjonijiet politiċi u kulturali u anki mas-soċjeta’ ċivili. Fuq kollox, Ivan Bartolo ser ikun qed jgħin kif jagħmel lill-partit Nazzjonalista aktar ‘pro-business’.

Fl-2018, kien deher artiklu ieħor fuq The Times li ma hu xejn sabiħ fuq Bartolo. F’dan l-artiklu huwa jissemma’ li kellu l-Kumpanja 6PM.  Insiru nafu li din il-kumpanija kienet babset l-accounts tagħha f’dawn l-aħħar snin. Fi kliem ieħor ‘cooked the books’ kif jgħidu bl-ingliż biex minn sitwazzjoni ta’ telf iġġibha tidher bħala sitwazzjoni ta’ profitti.

Skont Vanessa Macdonald għat-Times, Ivan Bartolo issa rreżenja mill-bord ta’ din il-kumpanija li hu waqqaf fl-1996. Il-kumpanija baqgħet tikber sal-bidu tal-2017 u kellha ’l fuq minn 175 ħaddiem. Fl-2019, din il-kumpanija ittieħdet minn dik Ingliża bl-isem ta’ Idox Health. Dak li ġara minn wara s-sena 2014 kien li din il-kumpanja ta’ Ivan Bartolo bdiet tkabbar l-istatement tal-qliegħ anki jekk dan ma kienx veru. Anzi kienet qed tagħmel telf. Insiru nafu li Idox Health li Ivan Bartolo uża l-kumpanija Nexia BT biex jara li l-profitti ta’ din il-kumpanija jinbidlu minn waħda ta’ telf għal waħda ta’ profitti. Meta l-kumpanija Ingliża għamlet l-audit tagħha sabet li l-profitti dikjarati f’sena minn ta’ 0.8 miljun u f’sena oħra ta’ 1.7 miljun ma kienux minnhom. Minflok kien hemm telf ta’ 0.2 miljun u 4.8 miljun euro f’kull sena rispettiva.

Dan kien ifisser li kien hemm nuqqas ta’ kontroll intern u management ħażin tal-kumpanija 6PM. Fuq kollox, biex sar dan, is-sistema tal-accounts użata minn Nexia BT kienet waħda ħażina u anki nkonsistenti.

Quddiem dan l-artiklu ta’ The Times, nistaqsi jekk l-attakk fuq Nexia BT mill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li Ivan Bartolo kien jagħmel parti hux relatat biex jaħbi l-użu ta’ din il-kumpanija minn Ivan Bartolo? Mhux ta’ b’xejn li Ivan Bartolo ħalef li jqaċċat lil Adrian Delia minn nofs. Ara fuq dawn il-fatti tas-Soċjeta’ Ċivili ma jgħidu xejn.

Illum Ivan Bartolo qiegħed mal-avukata Martina Caruana biex ifasslu l-politika futura tal-Partit Nazzjonalista. Infakkar li dan Ivan Bartolo skandalizza ruħu bil-Panama Papers u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-avukata Caruana ma ddejqietx tgħid lil The Times li  f’Malta għandna bżonn ta’ tindifa totali. Biss ma nistgħax nifhem kemm din l-avukata tista’ tkun kredibilli bit-tindifa li trid tagħmel meta llum hija taħdem fuq livell politiku ma’ Ivan Bartolo, li skont the Times kien imexxi kumpanija li nqabdet tfotti fl-accounts tagħha biex minn telf iddawwarhom fi profitti. Il-kumpanja li għamlet dan kollu għal l-ex-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo hija Nexia BT, jiġifieri l-istess kumpanija li hija fiċ-ċentru tal-iskandlu tal-Panama Papers u li kienet topera minn Kastilija!

Quddiem dan l-iskandlu, ser jitlob il-Partit Nazzjonalista r-reżenja ta’ Ivan Bartolo jew ineħħih mill-pożizzjonijet kollha li għandu fil-Partit Nazzjonalista? L-artiklu li deher f’The Times huwa dan:

Il-link għall-artiklu ta’ Vanessa Macdonald huwa hawn taħt: https://timesofmalta.com/articles/view/end-of-an-era-for-6pm-as-bartolo-steps-down-from-the-board.669466

Leave a Reply