Bernard Grech mar Għawdex biex ma jagħmilx attivita’ Politika nhar il-Ħadd li ġej

Nista’ ġa nħabbar li f’dan il-weekend, mhux ser isiru attivitajiet politiċi għax Bernard Grech qed iħossu għajjien. In fatti, mar erbat’ijiem Għawdex biex jistrieħ. Għadu dieħel u ġa beda jħossu għajjien.

Tiftakru kont ktibt dwar Ray Bezzina. Kif kont għidtilkom dan ħa job id-Dar Ċentrali. Dak li qed jingħad fuqu fil-kurituri tad-Dar Ċentrali huwa li dan mhux mill-ħelwin. Fuq kollox, il-partner ta’ Karl Gouder spiċċa wkoll b’offiċju fid-Dar Ċentrali.

Imma l-ikbar waħda hija din. Qed joħorġu struzzjonijiet mid-Dar Ċentrali biex ikun injorat għal kollox Adrian Delia. Infatti ġa qed jiġi nnutat dan il-fatt fuq  NET TV.  Ħafna partitarji kitbuli kif Adrian Delia ma għadux jissemma’. Minflok qed jissemma’ u jidher Jason Azzopardi.

Affarijiet li ma jitwemmnux qed iseħħu fid-Dar Ċentrali. Il-verita’ hija din. Il-flus tal-Partit Nazzjonalista qed jixxuttaw. Il-Partit Nazzjonalista dalwaqt jispiċċa mingħajr flus.

Żminijiet diffiċli għandu quddiem il-Partit Nazzjonalista u l-prużuntuż Bernard Grech qed jirrealiżża li ser jidħol fl-istorja ta’ dan il-Partit bħala l-persuna li serva ta’ tapp.

PS. Biex ħadt ma jgħidli li hija fakenews, nista’ nżid li llum Bernard Grech għamel recording li ħa jkun imxandar nħar il-Ħadd li ġej. Fuq kollox qed jippjana li jieħu sehem fl-attivitajiet offiċjali li jiċċelebraw jum ir-Repubblika.

Leave a Reply